+Artikolu 85 L-identifikazzjoni ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi sinifikanti
---+Artikolu 85 1.
---+Artikolu 85 2.
---+Artikolu 85 3.
---+Artikolu 85 4.
---+Artikolu 85 5.
|
Artikolu 85 L-identifikazzjoni ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi sinifikanti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 85 1.
|
Fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jitqies sinifikanti jekk fl-Unjoni jkollu tal-anqas 15-il miljun utent attiv, bħala medja, f’sena kalendarja waħda, fejn il-medja tiġi kkalkolata bħala l-medja tan-numru ta’ utenti attivi kuljum matul is-sena kalendarja preċedenti.
|
|
Artikolu 85 2.
|
Fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fi żmien xahrejn minn meta jilħqu n-numru ta’ utenti attivi kif stabbilit fil-paragrafu 1. Meta l-awtorità kompetenti taqbel li l-livell limitu stabbilit fil-paragrafu 1 ikun intlaħaq, għandha tinnotifika lill-ESMA b’dan.
|
|
Artikolu 85 3.
|
Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari għandhom jipprovdu lill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA b’aġġornamenti annwali dwar l-iżviluppi superviżorji li ġejjin b’rabta mal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi sinifikanti:
(a)
awtorizzazzjonijiet li għadhom għaddejjin jew li ġew konklużi kif imsemmi fl-Artikolu 59;
(b)
proċessi li għadhom għaddejjin jew li ġew konklużi ta’ rtirar tal-awtorizzazzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 64;
(c)
l-eżerċizzju tas-setgħat superviżorji stabbilit fl-Artikolu 94(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (b), (c), (e), (f), (g), (y) u (aa).
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tista’ tipprovdi lill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA b’aġġornamenti aktar frekwenti, jew tinnotifikah qabel kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari fir-rigward tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), (b) jew (c).
|
|
Artikolu 85 4.
|
L-aġġornament imsemmi fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu, jista’ jkun segwit minn skambju ta’ fehmiet fil-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA.
|
|
Artikolu 85 5.
|
Meta xieraq, l-ESMA tista’ tagħmel użu mis-setgħat tagħha skont l-Artikoli 29, 30, 31 u 31b tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|