+Artikolu 92 Il-prevenzjoni u l-individwazzjoni ta’ abbuż tas-suq
---+Artikolu 92 1.
---+Artikolu 92 2.
---+Artikolu 92 3.

Artikolu 92 Il-prevenzjoni u l-individwazzjoni ta’ abbuż tas-suq

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 92 1.
Kwalunkwe persuna li professjonalment tirranġa jew teżegwixxi tranżazzjonijiet fil-kriptoassi għandu jkollha fis-seħħ arranġamenti, sistemi u proċeduri effettivi biex tipprevjeni u tindividwa l-abbuż tas-suq. Dik il-persuna għandha tkun soġġetta għar-regoli ta’ notifika tal-Istat Membru fejn tkun irreġistrata jew fejn ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha jew, fil-każ ta’ fergħa, l-Istat Membru fejn tkun tinsab il-fergħa, u għandha mingħajr dewmien tirrapporta lill-awtorita’ kompetenti ta’ dak l-Istat Membru kwalunkwe suspett raġonevoli rigward ordni jew tranżazzjoni, inkluża kwalunkwe kanċellazzjoni jew modifika tagħhom, u aspetti oħra tal-funzjonament tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit bħall-mekkaniżmu ta’ kunsens, fejn jistgħu jeżistu ċirkostanzi li jindikaw li jkun twettaq, qed jitwettaq jew x’aktarx li jitwettaq abbuż tas-suq.

L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu rapport ta’ ordnijiet jew tranżazzjonijiet suspettużi għandhom jittrażmettu tali informazzjoni minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-pjattaformi ta’ negozjar ikkonċernati.

Artikolu 92 2.

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment:

(a) 

arranġamenti, sistemi u proċeduri xierqa biex il-persuni jikkonformaw mal-paragrafu 1;

(b) 

il-mudell li l-persuni għandhom jużaw biex jikkonformaw mal-paragrafu 1;

(c) 

għal sitwazzjonijiet ta’ abbuż tas-suq transfruntier, proċeduri ta’ koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għall-individwazzjoni u s-sanzjonar tal-abbuż tas-suq.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Diċembru 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 92 3.
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-prattiki superviżorji taħt dan l-Artikolu, l-ESMA għandha sat-30 ta’ Ġunju 2025 toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 dwar il-prattiki superviżorji fost l-awtoritajiet kompetenti biex tipprevjeni u tindividwa l-abbuż tas-suq, jekk ma jkunux diġà koperti mill-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 2.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.