+Artikolu 109 Reġistru tal-white papers dwar il-kriptoassi, tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u ta’ tokens tal-flus elettroniċi, u tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi
---+Artikolu 109 1.
---+Artikolu 109 2.
---+Artikolu 109 3.
---+Artikolu 109 4.
---+Artikolu 109 5.
---+Artikolu 109 6.
---+Artikolu 109 7.
---+Artikolu 109 8.
|
Artikolu 109 Reġistru tal-white papers dwar il-kriptoassi, tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u ta’ tokens tal-flus elettroniċi, u tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 109 1.
|
L-ESMA għandha tistabbilixxi reġistru ta’:
(a)
white papers dwar il-kriptoassi għal kriptoassigħajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi;
(b)
emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi;
(c)
emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi; u
(d)
fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi.
Ir-reġistru tal-ESMA għandu jkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha u għandu jiġi aġġornat regolarment. Sabiex jiġi ffaċilitat dan l-aġġornament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lill-ESMA kwalunkwe tibdil innotifikat lilhom fir-rigward tal-informazzjoni speċifikata fil-paragrafi 2 sa 5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ESMA bid-data neċessarja għall-klassifikazzjoni tal-white papers dwar il-kriptoassi fir-reġistru, kif speċifikat skont il-paragrafu 8.
|
|
Artikolu 109 2.
|
Fir-rigward tal-white papers dwar il-kriptoassi għal kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, ir-reġistru għandu jkun fih il-white papers dwar il-kriptoassi u kwalunkwe white paper dwar il-kriptoassi modifikata. Kwalunkwe verżjoni skaduta tal-white papers dwar il-kriptoassi għandha tinżamm f’arkivju separat u tkun immarkata b’mod ċar bħala verżjoni skaduta.
|
|
Artikolu 109 3.
|
Fir-rigward tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, ir-reġistru għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-isem, il-forma ġuridika u l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-emittent;
(b)
l-isem kummerċjali, l-indirizz fiżiku, in-numru tat-telefown, l-indirizz tal-email u s-sit web tal-emittent;
(c)
il-white papers dwar il-kriptoassi u kwalunkwe white paper dwar il-kriptoassi modifikata, bil-verżjonijiet skaduti tal-white paper dwar il-kriptoassi miżmuma f’arkivju separat u mmarkati b’mod ċar bħala skaduti;
(d)
il-lista tal-Istati Membri ospitanti fejn l-emittent li japplika għandu intenzjoni li joffri token irreferenzjat ma’ assi lill-pubbliku jew għandu l-intenzjoni li jfittex ammissjoni għan-negozjar tat-tokens irreferenzjati ma’ assi;
(e)
id-data tal-bidu, jew jekk mhux disponibbli fil-ħin tan-notifika mill-awtorita’ kompetenti, id-data tal-bidu maħsuba, tal-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar;
(f)
kwalunkwe servizz ieħor ipprovdut mill-emittent li ma huwiex kopert minn dan ir-Regolament, b’referenza għal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali applikabbli;
(g)
id-data tal-awtorizzazzjoni biex jiġi offrut lill-pubbliku jew biex ifittex l-ammissjoni għan-negozjar ta’ token irreferenzjat ma’ assi jew ta’ awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu u, meta applikabbli, tal-irtirar ta’ kwalunkwe waħda mill-awtorizzazzjoni.
|
|
Artikolu 109 4.
|
Fir-rigward tal-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi, ir-reġistru għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-isem, il-forma ġuridika u l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-emittent;
(b)
l-isem kummerċjali, l-indirizz fiżiku, in-numru tat-telefown, l-indirizz elettroniku u s-sit web tal-emittent;
(c)
il-white papers dwar il-kriptoassi u kwalunkwe white paper modifikata dwar il-kriptoassi, bil-verżjonijiet skaduti tal-white paper dwar il-kriptoassi miżmuma f’arkivju separat u mmarkati b’mod ċar bħala skaduti;
(d)
id-data tal-bidu, jew jekk mhux disponibbli fil-ħin tan-notifika mill-awtorita’ kompetenti, id-data tal-bidu maħsuba, tal-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar;
(e)
kwalunkwe servizz ieħor ipprovdut mill-emittent li ma huwiex kopert minn dan ir-Regolament, b’referenza għal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali applikabbli;
(f)
id-data tal-awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu jew bħala istituzzjoni tal-flus elettroniċi u, meta applikabbli, tal-irtirar ta’ dik l-awtorizzazzjoni.
|
|
Artikolu 109 5.
|
Fir-rigward ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, ir-reġistru għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-isem, il-forma ġuridika u l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi u meta applikabbli, tal-fergħat tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi;
(b)
l-isem kummerċjali, l-indirizz fiżiku, in-numru tat-telefown, l-indirizz elettroniku u s-sit web tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi u, meta applikabbli, tal-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi operata mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi;
(c)
l-isem u l-indirizz tal-awtorità kompetenti li tat l-awtorizzazzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tagħha;
(d)
il-lista ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu l-fornituri tas-servizz tal-kriptoassi;
(e)
il-lista tal-Istati Membri ospitanti fejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu l-intenzjoni li jipprovdi servizzi ta’ kriptoassi;
(f)
id-data tal-bidu, jew jekk mhux disponibbli fil-ħin tan-notifika mill-awtorita’ kompetenti, id-data tal-bidu maħsuba, tal-forniment tas-servizz tal-kriptoassi;
(g)
kwalunkwe servizz ieħor ipprovdut mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li ma huwiex kopert minn dan ir-Regolament b’referenza għal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali applikabbli;
(h)
id-data tal-awtorizzazzjoni u, meta applikabbli, tal-irtirar ta’ awtorizzazzjoni.
|
|
Artikolu 109 6.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA mingħajr dewmien bil-miżuri elenkati fl-Artikolu 94(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (b), (c), (f), (l), (m), (n), (o) jew (t), u dwar kwalunkwe miżura kawtelatorja pubblika meħuda skont l-Artikolu 102 li taffettwa l-forniment ta’ servizzi tal-kriptoassi jew il-ħruġ, l-offerta lill-pubbliku jew l-użu ta’ kriptoassi. L-ESMA għandha tinkludi tali informazzjoni fir-reġistru.
|
|
Artikolu 109 7.
|
Kwalunkwe rtirar ta’ awtorizzazzjoni ta’ emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi, ta’ emittent ta’ token tal-flus elettroniċi, jew ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, u kwalunkwe miżura nnotifikata f’konformità mal-paragrafu 6, għandhom jibqgħu ppubblikati fir-reġistru għal ħames snin.
|
|
Artikolu 109 8.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment id-data meħtieġa għall-klassifikazzjoni, bit-tip ta’ kriptoassi, tal-white papers dwar il-kriptoassi, inkluż l-identifikatur ta’ entità ġuridika, fir-reġistru u tispeċifika l-arranġamenti prattiċi biex jiġi żgurat li tali data tkun tista’ tinqara minn magna. L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|