|
+Artikolu 4 1. |
Artikolu 4 1.Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“AIFs” tfisser impriżi ta’ investiment kollettiv, inkluż kompartimenti ta’ investiment tagħhom li:
(i)
jiġġeneraw kapital minn numru ta’ investituri bil-ħsieb ta’ investiment f’konformità ma’ politika ta’ investiment definita għall-benefiċċju ta’ dawk l-investituri, u
(ii)
ma jeħtieġux awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/65/KE;
(b)
“AIFMs” tfisser persuni ġuridiċi li n-negozju regolari tagħhom ikun l-immaniġġar ta’ AIF wieħed jew iżjed;
(c)
“fergħa” fir-rigward ta’ AFIM tfisser post ta’ negozju li, huwa parti minn AIFM, li ma għandha l-ebda personalità ġuridika u li, tipprovdi s-servizzi li għalihom l-AIFM ikun ġie awtorizzat; il-postijiet tan-negozju kollha stabbiliti fl-istess Stat Membru minn AIFM bl-uffiċċju reġistrat tiegħu fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz għandhom ikunu meqjusa bħala fergħa unika;
(d)
“kumpens għal prestazzjoni” tfisser sehem fil-profitti tal-AIF dovut lill-AIFM bħala kumpens għall-immaniġġar tal-AIF u li jeskludi kwalunkwe sehem fil-profitti tal-AIF dovut lill-AIFM bħala redditu fuq kwalunkwe investiment mill-AIFM fil-AIF;
(e)
“rabtiet mill-qrib” tfisser sitwazzjoni li fiha żewġ persuni jew aktar fiżiċi jew ġuridiċi huma marbutin permezz ta’:
(i)
parteċipazzjoni, b’ mod partikolari, il-pussess, dirett jew permezz tal-kontroll, ta’ 20 % jew iktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ impriża,
(ii)
kontroll, b’ mod partikolari, ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u sussidjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 1 tas-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 dwar il-kontijiet konsolidati ( 1 ), jew relazzjoni simili bejn kull persuna fiżika jew ġuridika, u impriża; għall-iskopijiet ta’ dan il-punt, impriża sussidjarja ta’ impriża sussidjarja għandha wkoll tkun ikkunsidrata tal-impriża prinċipali fuq dawk is-sussidjarji. Sitwazzjoni li fiha żewġ persuni jew aktar fiżiċi jew ġuridiċi huma marbutin b’mod permanenti mal-istess persuna b’relazzjoni ta’ kontroll għandha wkoll titqies bħala “rabta mill-qrib” bejn tali persuni;
(f)
“Awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet nazzjonali ta’ Stati Membri li għandhom is-setgħa bil-liġi jew ir-regolamentazzjoni li jissorveljaw l-AIFM;
(g)
“Awtoritajiet kompetenti” fir-rigward tad-depożitarju tfisser:
(i)
jekk id-depożitarju huwa istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata skont id-Direttiva 2006/48/KE, l-awtoritajiet kompetenti kif definiti fil-punt (4) tal-Artikolu 4 tagħh,
(ii)
jekk id-depożitarju huwa ditta ta’ investiment awtorizzata skont id-Direttiva 2004/39/KE, l-awtoritajiet kompetenti kif definiti fil-punt (22) tal Artikolu 4(1) tagħha,
(iii)
jekk id-depożitarju jaqa’ f’kategorija ta’ istituzzjoni msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21(3) ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru ta’ domiċilju li għandhom is-setgħa permezz ta’ liġi jew regolamentazzjoni li jissorveljaw tali kategoriji ta’ istituzzjoni,
(iv)
jekk id-depożitarju huwa entità msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(3) ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru li fih it-tali entità għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha u li għandhom is-setgħa permezz ta’ liġi jew regolamentazzjoni li jissorveljaw it-tali entità jew, il-korp kompetenti uffiċjali li jirreġistra jew jissorvelja t-tali entità skont ir-regoli professjonali u deontoloġiċi applikabbli għaliha,
(v)
jekk id-depożitarju huwa maħtur bħala depożitarju għal AIF mhux tal-UE f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 21(5) ta’ din id-Direttiva, u ma’ jaqgħax fl-ambitu tal-punti (i) sa (iv) ta’ dan il-punt, l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tal-pajjiż terz li fih id-depożitarju għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu;
(h)
“awtoritajiet kompetenti ta’ AIF tal-UE” tfisser l-awtoritajiet nazzjonali ta’ Stat Membru li għandhom is-setgħa permezz ta’ liġi jew regolamenti li jissorveljaw l-AIFs;
(i)
“kontroll” tfisser kontroll kif definit fl-Artikolu 1 tas-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE;
(j)
“stabbilit” tfisser:
(i)
għal AIFM, “li jkollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu fi”,
(ii)
għal AIF, “awtorizzat jew reġistrat fi”, jew, jekk l-AIF huwiex awtorizzat jew reġistrat, “li jkollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu fi”,
(iii)
għal depożitarju, “li jkollu l-uffiċċju reġistrat jew il-fergħa tiegħu fi”,
(iv)
għar-rappreżentant legali li huwa persuna ġuridika, “li jkollu l-uffiċċju reġistrat jew il-fergħa tiegħu fi”,
(v)
għar-rappreżentant legali li huwa persuna fiżika “domiċiljat fi”;
(k)
“AIF tal-UE” tfisser:
(i)
AIF li huwa awtorizzat jew reġistrat fi Stat Membru skont il-liġi nazzjonali applikabbli, jew
(ii)
AIF li mhuwiex awtorizzat jew reġistrat fi Stat Membru, iżda għandu l-uffiċċju reġistrat u/jew l-uffiċċju prinċipali fi Stat Membru;
(l)
“AIFM tal-UE” tfisser kwalunkwe AIFM li għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;
(m)
“AIF ta’ alimentazzjoni” tfisser AIF li:
(i)
jinvesti tal-anqas 85 % tal-assi tiegħu f’unitajiet jew ishma ta’ AIF ieħor (l-AIF prinċipali),
(ii)
jinvesti tal-anqas 85 % tal-assi tiegħu f’aktar minn AIF prinċipali wieħed meta dawk l-AIF prinċipali għandhom strateġiji ta’ investiment identiċi, jew
(iii)
inkella għandu espożizzjoni ta’ tal-anqas 85 % tal-assi tiegħu għat-tali AIF prinċipali;
(n)
“strument finanzjarju” tfisser strument speċifikat fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE;
(o)
“kumpanija holding” tfisser kumpanija b’ishma f’kumpaniji oħra li l-iskop kummerċjali tagħha huwa dak li twettaq strateġija jew strateġiji ta’ negozju permezz tas-sussidjarji tagħha, tal-kumpaniji assoċjati magħha jew tal-parteċipazzjonijiet tagħha sabiex tikkontribwixxi għall-valur fit-tul tagħhom, u li tkun jew kumpanija:
(i)
li topera akkont tagħha u li l-ishma tagħha huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolamentat fl-Unjoni, jew
(ii)
li mhijiex stabbilita għall-iskop ewlieni li tiġġenera redditi għall-investituri tagħha permezz ta’ ċessjoni tas-sussidrjarji tagħha jew tal-kumpaniji assoċjati magħha, kif ikunu jixhdu r-rapporti annwali tagħha jew dokumenti uffiċjali oħra;
(p)
“Stat Membru ta’ domiċilju tal-AIF” tfisser:
(i)
l-Istat Membru li fih l-AIF huwa awtorizzat jew reġistrat skont il-liġi nazzjonali applikabbli, jew fil-każ ta’ awtorizzazzjonijiet jew reġistrazzjonijiet multipli, l-Istat Membru li fih l-AIF ikun ġie awtorizzat jew reġistrat għall-ewwel darba, jew
(ii)
jekk l-AIF mhuwiex la awtorizzat u lanqas reġistrat fi Stat Membru, l-Istat Membru li fih l-AIF għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu u/jew l-uffiċċju prinċipali;
(q)
“Stat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM” tfisser l-Istat Membru li fih l-AIFM għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu; għall-AIFMs mhux tal-UE, kull referenza għall-“Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM” f’din id-Direttiva għandha tinqara “Stat Membru ta’ referenza”, kif previst fil-Kapitolu VII;
(r)
“Stat Membru ospitanti ta’ AIFM” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:
(i)
Stat Membru, differenti mill-Istat Membru ta’ domiċilju, li fih l-AIFM tal-UE jimmaniġġa ta’ AIF tal-UE,
(ii)
Stat Membru, differenti mill-Istat Membru ta’ domiċilju, li fih l-AIFM tal-UE jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma ta’ AIF tal-UE,
(iii)
Stat Membru, differenti mill-Istat Membru ta’ domiċilju, li fit-territorju tiegħu AIFM tal-UE jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma ta’ AIFs mhux tal-UE,
(iv)
Stat Membru, differenti mill-Istat Membru ta’ referenza, li fih AIFM mhux tal-UE jimmaniġġa AIFs tal-UE, jew
(v)
Stat Membru, differenti mill-Istat Membru ta’ referenza, li fih AIFM mhux tal-UE jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma ta’ AIFs tal-UE, jew
(vi)
Stat Membru, differenti mill-Istat Membru ta’ referenza, li fih AIFM mhux tal-UE jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma ta’ AIFs mhux tal-UE, jew
(vii)
Stat Membru, differenti mill-Istat Membru ta’ domiċilju, li fih AIFM tal-UE jipprovdi s-servizzi msemmijin fl-Artikolu 6(4);
(s)
“kapital inizjali” tfisser il-fondi kif imsemmija f’punt (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE;
(t)
“emittent” tfisser emittent skont it-tifisira ta’ punt (d) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/109/KE, fejn dak l-emittent għandu uffiċċju reġistrat fl-Unjoni, u li l-ishma tiegħu huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolamentat skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1), punt 14, tad-Direttiva 2004/39/KE;
(u)
“rappreżentant legali” tfisser persuna fiżika domiċiljata fl-Unjoni jew persuna ġuridika bl-uffiċċju reġistrat tagħha fl-Unjoni, u li, espressament maħtura minn AIFM mhux tal-UE, taġixxi f’isem tat-tali AIFM mhux tal-UE u li jistgħu jindirizzawha l-awtoritajiet, il-klijenti, il-korpi u l-kontropartijiet għall-AIFM mhux tal-UE fl-Unjoni minflok l-AIFM mhux tal-UE fir-rigward tal-obbligi tal-AIFM mhux tal-UE fl-ambitu ta’ din id-Direttiva;
(v)
“leverage finanzjarju” tfisser kwalunkwe metodu li permezz tiegħu AIFM iżid l-espożizzjoni ta’ AIF li jimmaniġġa sew jekk permezz ta’ self ta’ flus kontanti jew titoli, jew inkella permezz ta’ leverage finanzjarju inkorporat f’pożizzjonijiet derivattivi jew permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor;
(w)
“immaniġġar ta’ AIF” tfisser it-twettiq, għall-inqas, ta’ funzjonijiet ta’ mmaniġġar ta’ investiment imsemmijin fil-punt 1(a) jew (b) tal-Anness I għal AIF wieħed jew iżjed;
(x)
“kummerċjalizzazzjoni” tfisser kwalunkwe offerta jew pjazzament dirett jew indirett, fuq l-inizjattiva tal-AIFM jew f’isem l-AIFM, ta’ ishma jew unitajiet ta’ AIF li jimmaniġġa lil jew ma’ investituri domiċiljati jew li għandhom uffiċju reġistrat fl-Unjoni;
(y)
“AIF prinċipali” tfisser kwalunkwe AIF li fih AIF ieħor jinvesti jew għandu espożizzjoni f’konformità mal-punt (m);
(z)
“Stat Membru ta’ referenza” tfisser l-Istat Membru determinat f’konformità mal-Artikolu 37(4);
(aa)
“AIF mhux tal-UE” tfisser kwalunkwe AIF li mhuwiex AIF tal-UE;
(ab)
“AIFM mhux tal-UE” tfisser kwalunkwe AIFM li mhuwiex AIFM tal-UE;
(ac)
“kumpanija mhux kwotata” tfisser kumpanija li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha fl-Unjoni li l-ishma tagħha mhumiex ammessi għall-kummerċ f’suq regolamentat skont it-tifsira tal- punt 14 tal-Artikolu 4(1), tad-Direttiva 2004/39/KE;
(ad)
“fondi proprji” tfisser il-fondi proprji kif imsemmija fit-Titolu V, Kapitolu 2, Taqsima 1 tad-Direttiva 2006/48/KE;
(ae)
Impriża prinċipali’ tfisser impriża prinċipali skont it-tifsira tal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE;
(aea)
“prekummerċjalizzazzjoni” tfisser għoti ta' informazzjoni jew komunikazzjoni, diretta jew indiretta, dwar strateġiji ta' investiment jew ideat ta' investiment minn AIFM tal-UE, jew f'ismu, lill-investituri professjonali potenzjali ddomiċiljati jew b'uffiċċju irreġistrat fl-Unjoni biex jittestja l-interess tagħhom f'AIF jew f'kompartiment, li għadu mhuwiex stabbilit, jew li jkun stabbilit, iżda għadu mhux innotifikat għal kummerċjalizzazzjoni skont l-Artikolu 31 jew 32, f'dak l-Istat Membru fejn l-investituri potenzjali jkunu ddomiċiljati jew ikollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom, u li f'kull każ ma jirriżultax f'offerta jew fi pjazzament lill-investitur potenzjali biex jinvestu fl-unitajiet jew fl-ishma ta' dak l-AIF jew f'kompartiment tiegħu;
(af)
“intermedjarju ewlieni” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu, ditta ta’ investiment regolamentata jew entità oħra suġġetta għal regolamentazzjoni prudenzjali u superviżjoni kontinwa, li toffri servizzi lil investituri professjonali primarjament biex tiffinanzja jew teżegwixxi transazzjonijiet fi strumenti finanzjarji bħala kontroparti u li tista’ wkoll tipprovdi servizzi oħra bħal clearing u konklużjoni ta’ operazzjonijiet ta’ kummerċ, servizzi ta’ kustodja, self ta’ titoli, faċilitajiet personalizzati ta’ sostenn teknoloġiku u operattiv;
(ag)
“investitur professjonali” tfisser investitur li huwa meqjus bħala klijent professjonali jew li jista’, fuq talba, jiġi ttratat bħala klijent professjonali skont it-tifsira tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
(ah)
“holding kwalifikanti” tfisser kull holding dirett jew indirett f’AIFM li jirrappreżenta 10 % jew iktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot, f’ konformita’mal-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE, b’kont meħud tal-kundizzjonijiet rigward l-aggregazzjoni tal-holding stabbiliti fl-Artikolu 12(4) u (5) tagħha, jew li jagħmilha possibbli li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq l-immaniġġar tal-AIFM li fiha jinżamm dan il-holding;
(ai)
“rappreżentanti tal-impjegati” tfisser ir-rappreżentanti tal-impjegati kif iddefinit fil-punt (e) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/14/KE;
(aj)
“investitur bl-imnut” tfisser investitur li mhuwiex investitur professjonali;
(ak)
“sussidjarja” tfisser impriża sussidjarja kif definit fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE;
(al)
“Awtoritajiet ta’ superviżjoni” fir-riward ta’ AIFs mhux tal-UE tfisser l-awtoritajiet nazzjonali ta’ pajjiż terz li għandhom is-setgħa permezz ta’ liġi jew regolamentazzjoni li jissorveljaw l-AIFs;
(am)
“Awtoritajiet ta’ superviżjoni” fir-riward ta’ AIFs mhux tal-UE tfisser l-awtoritajiet nazzjonali ta’ pajjiż terz li għandhom is-setgħa permezz ta’ liġi jew regolamentazzjoni li jissorveljaw l-AIFMs;
(an)
“Entitajiet ta’ titolizzazzjoni b’għan speċjali” tfisser entitajiet li l-għan uniku tagħhom huma li jwettqu titolizzazzjoni jew titolizzazzjonijiet fit-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 24/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar statistika li tittratta l-attiv u l-passiv ta’ korporazzjonijiet vetturi finanzjarji involuti fi transazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni ( 3 ) u attivitajiet oħra li huma adatti sabiex jintlaħaq dak l-għan;
(ao)
“UCITS” tfisser impriża għal investiment kollettiv f’titoli trasferibbli awtorizzata f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/65/KE;
(ap)
“depożitorju ċentrali tat-titoli” tfisser depożitorju ċentrali tat-titoli kif iddefinit fl-Artikolu 2(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );
(aq)
“kapital tal-AIF” tfisser kontribuzzjonijiet kapitali aggregati u kapital mhux imħallas impenjat lil AIF, ikkalkulati abbażi tal-ammonti investibbli wara li jitnaqqsu t-tariffi, l-imposti u l-ispejjeż kollha li jiġġarrbu direttament jew indirettament mill-investituri;
(ar)
“oriġinazzjoni tas-self” jew “self li joriġina” tfisser l-għoti ta’ self:
(i)
direttament minn AIF bħala l-mutwanti oriġinali; jew
(ii)
indirettament permezz ta’ parti terza jew mezz b’għan speċjali li joriġina self għall-AIF jew f’ismu, jew għal AIFM jew f’ismu fir-rigward tal-AIF, meta l-AIFM jew l-AIF ikunu involuti fl-istrutturar tas-self, jew fid-definizzjoni jew il-ftehim minn qabel dwar il-karatteristiċi tiegħu, qabel ma tinkiseb skopertura għas-self;
(as)
“self tal-azzjonist” tfisser self li jingħata minn AIF lil impriża li fiha jkollu, direttament jew indirettament, mill-inqas 5 % tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot, u li ma jistax jinbiegħ lil partijiet terzi indipendentement mill-istrumenti kapitali miżmuma mill-AIF fl-istess impriża;
(at)
“AIF li joriġina self” tfisser AIF:
(i)
li l-istrateġija ta’ investiment tiegħu hija prinċipalment biex joriġina self; jew
(ii)
li s-self oriġinat tiegħu jkollu valur nozzjonali li jirrappreżenta mill-inqas 50 % tal-valur nett tal-assi tiegħu;
(au)
“AIF b’leverage” tfisser AIF li l-iskoperturi tiegħu jiżdiedu mill-AIFM li jimmaniġġah, kemm jekk permezz ta’ self ta’ flus jew titoli, kif ukoll permezz ta’ leverage inkorporat f’pożizzjonijiet derivattivi jew bi kwalunkwe mezz ieħor; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|