+Artikolu 18 1.

Artikolu 18 1.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-AIFMs jużaw, f'kull ħin, riżorsi umani u tekniċi adegwati u xierqa li huma neċessarji għall-ġestjoni adegwata tal-AIFs.

B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM, waqt li jqisu wkoll in-natura tal-AIFs ġestiti mill-AIFM, għandhom jirrikjedu li l-AIFM ikollu proċeduri amministrattivi u ta' kontabilità sodi, arranġamenti ta' kontroll u ta' salvagwardja għall-ipproċessar elettroniku tad-data, inkluż fir-rigward tan-netwerks u tas-sistemi ta' informazzjoni stabbiliti u ġestiti f'konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 ), kif ukoll mekkaniżmi adegwati ta' kontroll intern, inkluż, b'mod partikolari, regoli għal tranżazzjonijiet personali mill-impjegati tiegħu jew għaż-żamma jew il-ġestjoni ta' investimenti sabiex jinvesti f'ismu stess u għall-iżgurar, tal-anqas, li kull tranżazzjoni li tinvolvi lill-AIF tkun tista' tiġi rikostruwita f'konformità mal-oriġini tagħha, il-partijiet għaliha, in-natura tagħha, u l-ħin u l-post li fihom saret u li l-assi tal-AIFs ġestiti mill-AIFM ikunu investiti f'konformità mar-regoli dwar l-AIF jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni u d-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.