+Artikolu 22 Rapport annwali
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
|
Artikolu 22 Rapport annwali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22 1.
|
L-AIFM għandu, għal kull AIF tal-UE li jimmaniġġa, u għal kull AIF li jikkummerċjalizza fl-Unjoni, jagħmel disponibbli rapport annwali għal kull sena finanzjarja mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja. Ir-rapport annwali għandu jkun ipprovdut lill-investituri fuq talba. Ir-rapport annwali għandu jkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM, u, fejn ikun applikabbli, tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIF. Fejn l-AIF ikun rikjest jagħmel pubbliku rapport finanzjarju annwali f’konformità mad-Direttiva 2004/109/KE, dik l-informazzjoni addizzjonali imsemmija fil-paragrafu 2 biss jeħtieġ tkun ipprovduta lill-invesituri fuq talba, jew b’mod separat jew bħala parti addizzjonali tar-rapport finanzjarju annwali. Fil-każ tal-aħħar ir-rapport finanzjarju annwali għandu jsir pubbliku mhux aktar tard minn erba’ xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja.
|
|
Artikolu 22 2.
|
Ir-rapport annwali għandu jkun fih mill-anqas dan li ġej:
(a)
karta tal-bilanċ jew rendikont tal-attiv u l-passiv;
(b)
rendikont tad-dħul u l-infiq għas-sena finanzjarja;
(c)
rapport dwar l-attivitajiet tas-sena finanzjarja;
(d)
kwalunkwe bidla materjali fl-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 20 waqt is-sena finanzjarja koperta mir-rapport;
(e)
l-ammont totali tar-remunerazzjoni għas-sena finanzjarja, maqsum f’remunerazzjoni fissa u varjabbli mħallsa mill-AIFM lill- persunal tiegħu, u l-għadd ta’ benefiċjarji, u, meta jkun rilevanti, l-imgħax riportat mħallsa mill-AIF;
(f)
l-ammont aggregat ta’ remunerazzjoni b’rendikont dettaljat skont il-maniġment ta’ livell għoli u l-membri tal-persunal li l-azzjonijiet tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-AIF.
|
|
Artikolu 22 3.
|
L-informazzjoni dwar il-kontijiet ippubblikata fir-rapport annwali għandha titħejja f’konformità mal-istandards ta’ kontabilità tal-Istat Membru tad-domiċilja tal-AIF, jew, f’konformità mal-istandards ta’ kontabilità tal-pajjiż terz fejn l-AIF ikun reġistrat u mar-regoli dwar il-kontabilità stabbiliti fir-regoli tal-fond jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-AIF. L-informazzjoni dwar il-kontijiet ippubblikata fir-rapport annwali għandha tkun ivverifikata minn persuna waħda jew iżjed mogħtija s-setgħa bil-liġi biex jivverifikaw il-kontijiet f’konformità mad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati (
23
). Ir-rapport tal-awditur, inkluż kwalunkwe kwalifikazzjonijiet, għandu jiġu riprodott bis-sħiħ fir-rapport annwali. Bħala deroga mit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li AIFMs li jikkummerċjalizzaw AIFs mhux tal-UE jagħmel ir-rapporti annwali ta’ dawk l-AIF suġġetti għal verifika li tissodisfa l-istandards internazzjonali dwar il-verifiki fis-seħħ fil-pajjiż fejn l-AIF ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu.
|
|
Artikolu 22 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw il-kontenut u l-format tar-rapport annwali. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adattati għat-tip ta’ AIF li għalihom ikunu applikabbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|