+Artikolu 24 Obbligi ta’ rapportar lill-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 24 4.
---+Artikolu 24 5.
---+Artikolu 24 6.

Artikolu 24 Obbligi ta’ rapportar lill-awtoritajiet kompetenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 24 1.
L-AIFM għandu jirrapporta regolarment lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu dwar is-swieq u l-istrumenti prinċipali li fihom jinnegozja f’isem l-AIF li jimmaniġġa.

Dan għandu jipprovdi informazzjoni dwar l-istrumenti prinċipali li jinnegozja fihom, dwar is-swieq li huwa membru tagħhom jew li jinnegozja attivament fihom, u l-esponimenti prinċipali u l-konċentrazzjonijiet l-aktar importanti ta’ kull AIF li jimmaniġġa.

Artikolu 24 2.

AIFM għandu, għal kull AIF tal-UE li jimmaniġġa, u għal kull AIF li jikkummerċjalizza fl-Unjoni Ewropea, jipprovdi dan li ġej lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu:

(a) 

il-persentaġġ tal-assi tal-AIF li huma suġġetti għal arranġament speċjali minħabba l-għamla illikwida tagħhom;

(b) 

kwalunkwe arranġament ġdid għall-immaniġġar tal-likwidità tal-AIF;

(c) 

il-profil tar-riskju kurrenti tal-AIF u s-sistemi tal-immaniġġar tar-riskji użati mill-AIFM għall-immaniġġar tar-riskji tas-suq, ir-riskji tal-likwidità, ir-riskji tal-kontropartijiet u riskji oħrajn inklużi r-riskju operattiv;

(d) 

informazzjoni dwar il-kategoriji prinċipali tal-assi li fihom investa l-AIF; u

(e) 

ir-riżultati tas-simulazzjonijiet ta’ krizi mwettqa f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 15(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(1).

Artikolu 24 3.

L-AIFM għandu, fuq talba, jipprovdi d-dokumenti li ġejjin lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu:

(a) 

rapport annwali ta’ kull AIF tal-UE mmaniġġat mill-AIFM u, għal kull AIF li jikkummerċjalizza minnu fl-Unjoni għal kull sena finanzjarja, skont l-Artikolu 22(1);

(b) 

għal kull tmiem ta’ kull kwart ta’ sena lista dettaljata tal-AIFs kollha li l-AIFM jimmaniġġa.

Artikolu 24 4.
L-AIFM li qed jimmaniġġa AIFs li jużaw il-leverage finanzjarju fuq bażi sostanzjali għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu, informazzjoni dwar il-livell totali ta’ leverage finanzjarju użat minn kull AIF li jimmaniġġa, rendikont dettaljat tal-leverage finanzjarju li jokkorri mill-ksib ta’ flus jew titoli b’self u l-leverage finanzjarju inkorporata f’derivattivi finanzjarji u sa liema punt reġgħu intużaw l-assi tal-AIF skont arranġamenti ta’ leverage finanzjarju.

Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-identità tal-ħames l-ikbar sorsi ta’ flus jew titoli missellfa għal kull AIF immaniġġat mill-AIFM, u l-ammonti tal-leverage finanzjarju li jkun rċieva minn kull waħda minn dawk is-sorsi għal kull wieħed minn dawk l-AIFs.

Għall-AIFMs mhux tal-UE, l-obbligi ta’ rapportar msemmija f’dan il-paragrafu huma limitati għall-AIFs tal-UE mmaniġġati minnhom u l-AIFs mhux tal-UE kkumerċjalizzati minnhom fl-Unjoni.

Artikolu 24 5.
Fejn meħtieġ għall-monitoraġġ effettiv tar-riskju sistemiku, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jistgħu jirrikjedu informazzjoni oħra minbarra dik deskritta f’dan l-Artikolu, fuq bażi perjodika, kif ukoll fuq bażi ad-hoc. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-AETS dwar ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni addizzjonali.

F’ċirkustanzi eċċezzjonali u meta jkun rikjest sabiex tiġi żgurata l-istabilità u l-integrità tas-sistema finanzjarja, jew għall-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli fit-tul, l-AETS tista’ titlob lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jimponu rekwiżiti ta’ rapportar addizzjonali.

Artikolu 24 6.

Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw:

(a) 

fejn il-leverage finanzjarju għandu jkun ikkunsidrat li qed tintuża fuq bażi sostanzjali għall-finijiet tal-paragrafu 4; u

(b) 

l-obbligi li tiġi rrapportata u pprovduta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi minn 1 sa 5.

Dawk l-atti ddelegati għandhom iqisu l-ħtieġa li jiġi evitat piż amministrattiv eċċessiv fuq l-awtoritajiet kompetenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.