+Artikolu 30 Asset stripping
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.

Artikolu 30 Asset stripping

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30 1.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li meta AIF jakkwista, b’mod individwali jew konġunt, kontroll fuq kumpanija mhux ikkwotata jew emittent skont l-Artikolu 26(1), flimkien mal-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu, l-AIFM li jimmaniġġa tali AIF għandu, għal perijodu ta’ 24 xahar wara l-akwiżizzjoni tal-kontroll tal-kumpanija mill-AIF:

(a) 

ma jitħalliex jiffaċilita, jappoġġa jew jordna kull distribuzzjoni, tnaqqis tal-kapital, tifdija tal-ishma u/jew akkwiżizzjoni tal-ishma proprji mill-kumpanija kif deskritt fil-paragrafu 2;

(b) 

sakemm l-AIFM huwa awtorizzat jivvota f’isem l-AIF fil-laqgħat tal-korpi ta’ tmexxija tal-kumpanija, ma jivvotax favur distribuzzjoni, tnaqqis tal-kapital, tifdija ta’ ishma u/jew akwiżizzjoni ta’ ishma proprji min-naħa tal-kumpanija kif deskritt fil-paragrafu 2; u

(c) 

fi kwalunkwe każ juża l-aħjar sforzi tiegħu biex jipprevjeni d-distribuzzjonijiet, it-tnaqqis tal-kapital, it-tifdija tal-ishma u/jew l-akkwiżizzjoni tal-ishma proprji mill-kumpanija kif deskritt fil-paragrafu 2.

Artikolu 30 2.

L-obbligi imposti fuq l-AIFM skont il-paragrafu 1 għandhom jirrelataw ma’ dan li ġej:

(a) 

kull distribuzzjoni lill-azzjonisti li ssir meta fid-data tal-għeluq tal-aħħar sena finanzjarja l-assi netti stipulati fil-kontijiet annwali tal-kumpanija jkunu, jew wara tali distribuzzjoni jsiru, anqas mill-ammont tal-kapital sottoskritt flimkien ma’ dawk ir-riżervi li ma jistgħux jiġu distribwiti skont il-liġi jew l-istatuti, fil-fehim li fejn il-parti tal-kapital sottoskritt li ma tħallsitx mill-azzjonisti ma tkunx inkluża fl-assi li jidhru fil-bilanċ, dan l-ammont għandu jitnaqqas mill-ammont tal-kapital sottoskritt;

(b) 

kull distribuzzjoni lill-azzjonisti li l-ammont tagħha jaqbeż l-ammont tal-profitti fi tmiem l-aħħar sena finanzjarja flimkien ma kull profitt li jiġi trasferit għas-sena ta’ warau s-somom misluta mir-riżervi disponibbli għal dan l-iskop, mingħajr kull telf trasferit għas-sena ta’ wara u s-somom imqiegħda fir-riżerva f’konformità mal-liġi jew l-istatuti;

(c) 

safejn ikunu permessi l-akwiżizzjonijiet tal-ishma proprji, l-akwiżizzjonijiet mill-kumpanija, inklużi l-ishma akwiżiti minn qabel mill-kumpanija u miżmuma minnha, u l-ishma akwiżiti minn persuna li jaġixxi f’ismu imma għall-kumpanija, li jkollhom l-effett li jnaqqsu l-assi netti l-isfel mill-ammont imsemmi fil-punt (a).

Artikolu 30 3.

Għall-finijiet tal-paragrafu 2:

(a) 

il-kelma “distribuzzjoni” msemmija fil-paragrafu 2 tinkludi b’mod partikulari l-ħlas ta’ dividendi u ta’ mgħax relatati mal-ishma;

(b) 

id-dispożizzjonijiet dwar it-tnaqqis tal-kapital m’ għandhomx japplikaw għal tnaqqis fil-kapital sottoskritt, li l-iskop tiegħu hu li jagħmel tajjeb għal telf imġarrab jew li jinkludi somom ta’ flus f’riżerva mhux distribwibbli sakemm, wara dik l-operazzjoni, l-ammont ta’ tali riżerva ma jkunx aktar minn 10 % tal-kapital sottoskritt imnaqqas; u

(c) 

ir-restrizzjoni stabbilita fil-punt (c) tal-paragrafu 2 għandha tkun suġġetta għall-punti (b) sa (h) tal-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 77/91/KEE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.