+Artikolu 31 Kummerċjalizzazzjoni tal-unitajiet jew tal-ishma ta’ AIFs tal-UE fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.
---+Artikolu 31 4.
---+Artikolu 31 5.
---+Artikolu 31 6.

Artikolu 31 Kummerċjalizzazzjoni tal-unitajiet jew tal-ishma ta’ AIFs tal-UE fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 31 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li AIFM awtorizzat tal-UE jista’ jikkumerċjalizza unitajiet jew ishma ta’ AIF li huwa jimmaniġġa lil investituri professjonali fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM hekk kif jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

Fejn l-AIF huwa AIF ta’ alimentazzjoni, id-dritt għall-kummerżjalizzazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu huwa suġġett għall-kundizzjoni li l-AIF prinċipali jkun stabbilit fi Stat Membru u mmaniġġat minn AIFM tal-UE awtorizzat.

Artikolu 31 2.
L-AIFM għandu jissottometti notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu fir-rigward ta’ kull AIF tal-UE li jkollu l-intenzjoni jikkummerċjalizza.

Dik in-notifika għandha tinkludi d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni kif stipulati fl-Anness III.

Artikolu 31 3.
Fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievu fajl ta’ notifika komplut skont il-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jinfurmaw lill-AIFM jekk jistax jibda jikkummerċjalizza l-AIF identifikati fin-notifika msemmija fil-paragrafu 2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jipprevjenu biss il-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF jekk l-immaniġġar tal-AIF mill-AIFMs ma jikkonformax jew mhuwiex se jikkonforma ma’ din id-Direttiva jew, l-AIFM ma jikkonformax jew mhuwiex se jikkonforma ma’ din id-Direttiva. Fil-każ ta’ deċiżjoni pożittiva, l-AIFM jista’ jibda jikkummerċjalizza l-AIF fl-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu mid-data tan-notifika mill-awtoritajiet kompetenti li tikkonferma li l-AIFM jista’ jibda jikkummerċjalizza l-AIF.

Jekk ikunu differenti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jinfurmaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-AIF li l-AIFM jista’ jibda jikkummerċjalizza unitajiet jew ishma tal-AIF.

Artikolu 31 4.
Fil-każ ta’ bidla materjali f’kwalunkwe mid-dettalji kkomunikati f’konformità mal-paragrafu 2, l-AIFM għandu jagħti avviż bil-miktub ta’ dik il-bidla lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu tal-anqas xahar qabel ma jimplimenta l-bidla fir-rigward ta’ kull bidla ppjanata mill-AIFM, jew immedjatament wara li tkun seħħet bidla mhux ippjanata.

Jekk, skont bidla pjanata, l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jibqax f’konformità ma’ din id-Direttiva jew b’ xi mod, l-AIFM ma jibqax jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-AIFM mingħajr dewmien mhux dovut li m’ għandux jimplimenta l-bidla.

Jekk il-bidla pjanata tiġi implimentata minkejja l-ewwel u t-tieni paragrafu, jew, jekk tkun seħħet bidla mhux pjanata skont liema l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jibqax f’konformità din id-Direttiva jew, b’xi mod l-AIFM ma jibqax jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jieħdu l-miżuri regolatorji dovuti kollha f’konformità mal-Artikolu 46, inkluża, jekk ikun hemm bżonn il-projbizzjoni espressa tal-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF.

Artikolu 31 5.

Bil-għan li jiġu garantiti kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi:

(a) 

il-forma u l-kontenut ta’ mudell għall-ittra ta’ notifika msemmija fil-paragrafu 2; u

(b) 

il-forma tal-avviż bil-miktub imsemmi fil-paragrafu 4.

Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 31 6.
Bla ħsara għall-Artikolu 43(1), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-AIF immaniġġati u kkumerċjalizzati mill-AIFM jiġu kkummerċjalizzati biss lil investituri professjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.