+Artikolu 39 Kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni b’passaport ta’ AIF tal-UE mmaniġġat minn AIFM mhux tal-UE
---+Artikolu 39 1.
---+Artikolu 39 2.
---+Artikolu 39 3.
---+Artikolu 39 4.
---+Artikolu 39 5.
---+Artikolu 39 6.
---+Artikolu 39 7.
---+Artikolu 39 8.
---+Artikolu 39 9.
---+Artikolu 39 10.
---+Artikolu 39 11.

Artikolu 39 Kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni b’passaport ta’ AIF tal-UE mmaniġġat minn AIFM mhux tal-UE

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 39 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li AIFM debitament awtorizzat tal-UE jista’ jikkumerċjalizza unitajiet jew ishma ta’ AIF li huwa jimmaniġġa lil investituri professjonali fl-Unjoni b’passaport hekk kif jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
Artikolu 39 2.
Fil-każ li l-AIFM ikollu l-intenzjoni li jikkummerċjalizza unitajiet jew ishma tal-AIF mhux tal-UE fl-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu, l-AIFM għandu jissottometti notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu fir-rigward ta’ kull AIF mhux tal-UE li jkollu l-intenzjoni jikkummerċjalizza.

Dik in-notifika għandha tinkludi d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni kif stipulati fl-Anness III.

Artikolu 39 3.
Mhux aktar tard minn 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievu fajl ta’ notifika komplut skont il-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jinfurmaw lill-AIFM jekk jistax jibda jikkummerċjalizza l-AIF identifikati fin-notifika msemmija fil-paragrafu 2 fit-territorju tiegħu. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM jistgħu jipprevjenu biss il-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF biss jekk l-immaniġġar tal-AIF mill-AIFM mhuwiex jew mhux se jkun f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’xi mod, l-AIFM mhuwiex se jikkonforma jew ma jikkonformax ma’ din id-Direttiva. Fil-każ ta’ deċiżjoni pożittiva, l-AIFM jista’ jibda jikkummerċjalizza l-AIF fl-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu mid-data tan-notifika mill-awtoritajiet kompetenti dwar dan.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom ukoll jinfurmaw lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-AIF jekk l-AIFM jistax jibda l-kummerċjalizzazzjoni tal-unitajiet jew ishma tal-AIF fl-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM.

Artikolu 39 4.
Fil-każ li l-AIFM ikollu l-intenzjoni li jikkummerċjalizza unitajiet jew ishma tal-AIF mhux tal-UE fl-Istati Membri ta’ riferenza li ma jkunux l-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu, l-AIFM għandu jissottometti notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu fir-rigward ta’ kull AIF mhux tal-UE li jkollu l-intenzjoni jikkummerċjalizza.

Dik in-notifika għandha tinkludi d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni kif stipulati fl-Anness IV.

Artikolu 39 5.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom, mhux aktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara d-data minn meta jirċievu l-fajl komplut ta’ notifika msemmi fil-paragrafu 4, jittrażmettu l-fajl komplut ta’ notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn qed jiġi propost li l-unitajiet jew ishma tal-AIF jiġu kkummerċjalizzati. Tali trażmissjoni għandha sseħħ biss jekk l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF jikkonforma u se jkompli jikkonformama’ din id-Direttiva u jekk, b’xi mod, l-AIFM jikkonforma ma’ din id-Direttiva.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jinkludu dikjarazzjoni li l-AIFM ikkonċernat hu awtorizzat jimmaniġġa AIF b’dik l-istrateġija ta’ investiment partikulari.

Artikolu 39 6.
Malli jittrażmettu l-fajl ta’ notifika, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom mingħajr dewmien jinnotifikaw lill-AIFM dwar it-trażmissjoni. L-AIFM jista’ jibda jikkummerċjalizza l-AIF fl-Istat(i) Membru/i relevanti tal-AIFM mid-data ta’ dik in-notifika.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom ukoll jinfurmaw lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-AIF jekk l-AIFM jistax jibda l-kummerċjalizzazzjoni tal-unitajiet jew ishma tal-AIF fl-Istat(i) Membru/i ta’ riferenza tal-AIFM.

Artikolu 39 7.
L-arranġamenti imsemmija fil-punt (h) tal-Anness IV għandhom ikunu suġġetti għal-liġijiet u s-superviżjoni tal-Istati Membri ospitanti tal-AIFM.
Artikolu 39 8.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ittra ta’ notifika mill-AIFM msemmija fil-paragrafu 4 u d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 jiġu pprovduti f’lingwa li hi komuni fid-dimensjoni tal-finanzi internazzjonali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trażmissjoni elettronika u l-iffajljar tad-dokumenti imsemmija fil-paragrafu 6 jiġu aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom.

Artikolu 39 9.
Fil-każ ta’ bidla materjali fi kwalunkwe mill-partikulari kkomunikati f’konformità mal-paragrafi 2 u/jew 4, l-AIFM għandu jagħti avviż bil-miktub ta’ dik il-bidla lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu tal-anqas xahar qabel ma jimplimenta l-bidla għal kull bidla ppjanata mill-AIFM, jew immedjatament wara li tkun seħħet bidla mhux ippjanata.

Jekk, skont il-bidla pjanata, l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jibqax f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’ xi mod, l-AIFM mhuwiex se jibqa’ jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza għandhom jinformaw lill-AIFM mingħajr dewmien mhux dovut li ma jistax jimplimenta l-bidla.

Jekk il-bidla pjanata tiġi implimentata minkejja l-ewwel u t-tieni paragrafu, jew, jekk tkun seħħet bidla mhux ippjanata li minħabba fiha l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jibqax f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’xi mod, l-AIFM mhuwiex se jibqa’ jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jieħdu l-miżuri regolatorji dovuti kollha f’konformità mal-Artikolu 46, inkluża, jekk ikun hemm bżonn il-projbizzjoni espressa tal-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF.

Jekk il-bidliet jkunu aċċettabbli, jiġifieri ma jkunux jaffettwaw il-komformita’ tal-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma’ din id-Direttiva, jew, b’xi mod, il-konformità mill-AIFM ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom mingħajr dewmien jinformaw lill-AETS safejn l-bidliet jikkonċenaw it-terminazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti AIFs jew AIFs addizzjonali li qed jiġu kkummerċjalizzati u, safejn ikun applikabbli, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membrui ospitanti tal-AIFM dwar dawk il-bidliet.

Artikolu 39 10.

Bil-għan li jiġu garantiti kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi:

(a) 

il-forma u l-kontenut ta’ mudell għall-ittra ta’ notifika msemmija fil-paragrafi 2 u 4;

(b) 

il-forma u l-kontenut ta’ mudell għad-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 5;

(c) 

il-forma tat-trażmissjoni msemmija fil-paragrafu 5; u

(d) 

il-forma tal-avviż bil-miktub imsemmi fil-paragrafu 9.

Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 39 11.
Bla ħsara għall-Artikolu 43(1), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-AIF immaniġġati u kkumerċjalizzati mill-AIFM jiġu kkummerċjalizzati biss lil investituri professjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.