|
+ANNESS II |
ANNESS II
ANNESS II POLITIKA DWAR IR-RIMUNERAZZJONI 1. Meta jistabbilixxu u japplikaw il-linji politiċi ta’ rimunerazzjoni totali, inklużivi ta’ salarji u benefiċċji diskrezzjonali ta’ pensjoni, għal dawk il-kategoriji tal-persunal, inklużi l-management l-għoli, dawk li jieħdu r-riskji, li jikkontrollow il-funzjonijiet u kull impjegat li jirċievi rimunerazzjonali totali li ddaħħalhom fl-istess faxxa retributtiva bħall-management l-għoli u dawk li jieħdu r-riskji, li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-AIFMs jew tal-AIFs li jimmaniġġaw, l-AIFMs għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin b’mod u safejn jkun xieraq għad-daqs, organizzazzjoni u natura interna, ambitu u komplessità tal-attivitajiet, tagħhom:
(a)
il-politika dwar ir-rimunerazzjoni hija konsistenti ma’ u tippromwovi ġestjoni tajba u effettiva tar-riskju u ma tinkoraġġixxix teħid ta’ riskji li huwa inkonsistenti mal-profili tar-riskju, ir-regoli dwar il-fondi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-AIF li huma jimmaniġġjaw;
(b)
il-politika dwar ir-rimunerazzjoni hija f’konformità mal-istrateġija tan-negozju, l-objettivi, il-valuri u l-interessi tal-ġestur tal-AIF u l-AIF li huwa jamministra jew l-investituri tal-AIsF, u tinkludi miżuri sabiex jiġu evitati konflitti ta’ interess;
(c)
il-korp amministrattiv tal-AIFM, fil-funzjoni superviżorja tiegħu jadotta u jirrieżamina perjodikament il-prinċipji ġenerali tal-politika dwar ir-rimunerazzjoni u jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha;
(d)
l-implimentazzjoni tal-politika dwar ir-rimunerazzjoni tkun, tal-anqas darba fis-sena, suġġetta għal rieżami intern ċentrali u indipendenti dwar il-konformità mal-linji politiċi u l-proċeduri għar-rimunerazzjoni adottati mill-korp amministrattiv fil-funzjoni superviżorja tiegħu;
(e)
il-persunal involut fil-funzjonijiet ta’ kontroll jiġi kkumpensat skont kemm jinkisbu l-objettivi marbutin mal-funzjonijiet tagħhom, indipendentement mill-prestazzjoni tal-oqsma tan- negozju li huma jikkontrollaw;
(f)
ir-rimunerazzjoni tal-uffiċjali l-għoljin fil-ġestjoni tar-riskju u l-funzjonijiet ta’ ottemperanza hija direttament sorveljata mill-kumitat tar-rimunerazzjoni;
(g)
fejn ir-rimunerazzjoni tkun marbuta mal-prestazzjoni, l-ammont totali tar-rimunerazzjoni jkun ibbażat fuq taħlita tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-individwu u tal-unità tan-negozju kkonċernata jew tal-AIF ikkonċernat u tar-riżultati globali tal-AIFM, u meta tkun qed tiġi vvalutata l-prestazzjoni individwali, jittieħed kont ta’ kriterji finanzjarji kif ukoll ta’ dawk mhux finanzjarji;
(h)
il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tkun stabbilita f’qafas pluriennali adatt għaċ-ċiklu tal-ħajja tal-AIFs amministrati mill-AIFM sabiex jiġi żgurat li l-proċess ta’ valutazzjoni jkun ibbażat fuq prestazzjoni aktar fit-tul u li l-ħlas attwali tal-komponenti tar-rimunerazzjoni bbażati fuq il-prestazzjoni jkun mifrux fuq perijodu li jieħu kont tal-politika dwar it-tifdija tal-AIFs li huwa jamministra u r-riskji kummerċali tagħhom;
(i)
rimunerazzjoni varjabbli garantita tkun eċċezzjonali u sseħħ biss fil-kuntest tar-reklutaġġ ta’ persunal ġdid u tkun limitata għall-ewwel sena;
(j)
il-komponenti fissi u varjabbli tar-rimunerazzjoni totali jkunu bbilanċjati b’mod adatt u il-komponent fiss ikun jirrappreżenta proporzjon għoli biżżejjed tar-rimunerazzjoni totali sabiex jippermetti t-tħaddim ta’ politika kompletament flessibbli dwar il-komponenti varjabbli tar-rimunerazzjoni, inkluża l-possibbiltà li ma jitħallas l-ebda komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni;
(k)
il-ħlasijiet marbuta mat-terminazzjoni bikrija ta’ kuntratt jirriflettu l-prestazzjoni miksuba maż-żmien u huma mfassla b’mod li ma jippremjawx il-falliment;
(l)
il-kejl tal-prestazzjoni li jintuża sabiex jiġu kkalkulati l-komponenti varjabbli tar-rimunerazzjoni jew gruppi ta’ komponenti varjabbli tar-rimunerazzjoni jkun jinkludi mekkaniżmu ta’ aġġustament li jintegra t-tipi kollha ta’ riskji preżenti u futuri rilevanti;
(m)
suġġett għall-istruttura ġuridika tal-AIF u r-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tiegħu, porzjon sostanzjali, u fi kwalunkwe każ, mill-anqas 50 % ta’ kwalunkwe rimunerazzjoni varjabbli, jikkonsisti f’unitajiet jew ishma tal-AIF kkonċernat, jew interessi ekwivalenti ta’ sjieda, jew strumenti marbutin mal-ishma jew strumenti ekwivalenti li ma jkunux fi flus, sakemm il-ġestjoni tal-AIFs tkun tlaħħaq anqas minn 50 % tal-portafoll totali mmaniġġat mill-AIFM, f’liema każ il-minimu ta’ 50 % ma japplikax. L-istrumenti msemmijia f’dan il-punt għandhom ikunu suġġetti għal politika ta’ retenzjoni xierqa maħsuba li tallinja l-inċentivi mal-interessi tal-AIFM u tal-AIF li timmaniġġah u l-investituri ta’ tali AIFs. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jqiegħdu restrizzjonijiet fuq it-tipi u t-tifsil ta’ dawk l-istrumenti jew jipprojbixxu ċerti strumenti, skont ma jkun xieraq. Dan il-punt għandu jkun applikat kemm għall-porzjon tal-komponent tar-rimunerazzjoni varjabbli differit in linja mal-punt (n) u l-porzjon tal-komponent tar-rimunerazzjoni varjabbli mhux differit;
(n)
porzjon sostanzjali, u fi kwalunkwe każ, mill-anqas 40 % tal-komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni jkun differit fuq perijodu li jkun adatt fid-dawl taċ-ċiklu tal-ħajja u l-politika dwar it-tifdija tal-AIF ikkonċernat u jkun allinjat b’mod korrett man-natura tar-riskji tal-AIF inkwistjoni. Il-perijodu msemmi f’dan il-punt għandu jkun mill-anqas ta’ tlieta sa ħames snin sakemm iċ-ċiklu tal-ħajja tal-AIF kkonċernat ma jkunx aqsar; ir-rimunerazzjoni pagabbli skont l-arranġamenti ta’ differiment m’għandhiex tkun akkwistata aktar malajr minn fuq bażi pro-rata; fil-każ ta’ komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni ta’ ammont partikolarment għoli, tal-anqas 60 % tal-ammont huwa differit;
(o)
ir-rimunerazzjoni varjabbli, inkluż il-porzjon differit, titħallas jew tkun dovuta biss jekk tkun sostenibbli skont is-sitwazzjoni finanzjarja tal-AIFM fl-intier tagħha, u tkun iġġustifikata skont il-prestazzjoni tal-unità tan-negozju, l-AIF u l-individwu kkonċernati. Ir-rimunerazzjoni varjabbli totali għandha ġeneralment tiġi kkontrattata b’mod konsiderevoli meta jkun hemm il-performance finanzjarja mnaqqsa jew negattiva tal-AIFM jew tal-AIF kkonċernati, u jitqiesu kemm il-kumpensazzjoni u r-riduzzjonijiet kurrenti fil-pagamenti ta’ ammonti maqlugħin preċedentement, inkluż permezz ta’ arranġamenti malus jew claw back;
(p)
il-politika tal-pensjonijiet tkun in linja mal-istrateġija, l-objettivi, il-valuri u l-interessi fit-terminu t-twil tan-negozju tal-AIFM u l-AIFs li jimmaniġġa. Jekk l-impjegat jitlaq mill-AIFM qabel l-età li fiha wieħed jirtira, allura l-benefiċċji diskrezzjonali tal-pensjoni għandhom jinżammu mill-AIFM għal perijodu ta’ ħames snin fil-forma ta’ strumenti bħalma hu definit fil-punt (m). F’każ li impjegat jasal sal-irtirar, il-benefiċċji diskrezzjonali tal-pensjoni għandhom jitħallsu mill-impjegat fil-forma ta’ strumenti definiti fil-punt (m) suġġett għal perijodu ta’ retenzjoni ta’ ħames snin;
(q)
il-persunal ikun meħtieġ jaċċetta li ma jużax strateġiji personali ta’ hedgings jew assigurazzjoni relatata mar-rimunerazzjoni u r-responsabbiltà biex idgħajjef l-effetti tal-allinjament tar-riskju integrat fl-arranġamenti ta’ rimunerazzjoni tiegħu;
(r)
ir-rimunerazzjoni varjabbli ma tithallasx permezz ta’ veikoli jew metodi li jiffaċilitaw l-evitar tar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. 2. Il-prinċipji msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għar-rimunerazzjoni ta’ kull tip imħallsa mill-AIFM, għal kull ammont imħallas mill-AIF innifsu, inkluż il-carried interest, u għal kull trasferiment ta’ unitajiet jew ishma tal-AIF, li jsiru għall-benefiċċji ta’ dawk il-kategoriji tal-persunal, inkluż il-management l-għoli, dawk li jieħdu r-riskji, jiżvolġu funzjonijiet ta’ kontroll u kull impjegat li jirċievi rimunerazzjoni totali li ddaħħalhom fl-istess faxxa retributtiva bħall-management l-għoli u dawk li jieħdu r-riskji, li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tagħhom tar-riskju jew il-profili ta’ riskju tal-AIF li jimmaniġġaw. 3. L-AIFMs li huma sinifikanti fid-daqs tagħhom jew id-daqs tal-AIFs li jamministraw, l-organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom għandhom jistabbilixxu kumitat dwar ir-rimunerazzjoni. Il-kumitat dwar ir-rimunerazzjoni għandu jkun magħmul b’mod li jkun jista’ jeżerċita ġudizzju kompetenti u indipendenti dwar il-linji politiċi u l-prassi tar-rimunerazzjoni u l-inċentivi maħluqa għall-ġestjoni tar-riskju. Il-kumitat dwar ir-rimunerazzjoni għandu jkun responsabbli għat-tħejjija ta’ deċiżjonijiet rigward ir-rimunerazzjoni, inklużi dawk li jkollhom implikazzjonijiet għar-riskju u l-ġestjoni tar-riskju tal-AIFMs jew l-AIF ikkonċernati u li jkollhom jittieħdu mill-korp amministrattiv fil-funzjoni superviżorja tiegħu. Il-kumitat dwar ir-rimunerazzjoni għandu jkun ippresedut minn membru tal-korp amministrattiv li ma jwettaqx funzjonijiet eżekuttivi fost l-AIFMs ikkonċernat. Il-membri tal-kumitat dwar ir-rimunerazzjoni għandhom ikunu membri tal-korp ta’ management li ma jwettaqx funzjonijiet eżekuttivi fost l-AIFM ikkonċernat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|