+Artikolu 4 Prinċipji relatati mal-ipproċessar ta’ data personali
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
|
Artikolu 4 Prinċipji relatati mal-ipproċessar ta’ data personali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1
|
1. Id-data personali għandha:
|
(a)
|
tkun ipproċessata legalment, ġustament u b’mod trasparenti fir-rigward tas-suġġett tad-data (“legalità, ġustizzja u trasparenza”);
|
|
(b)
|
tinġabar għal finijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi u ma tiġix ipproċessata ulterjorment b’mod li ma jkunx kompatibbli ma’ dawk il-finijiet; l-ipproċessar ulterjuri għal finijiet ta’ arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta’ riċerka storika jew xjentifika, jew għal finijiet ta’ statistika ma għandux jitqies li huwa inkompatibbli mal-finijiet inizjali (“limitazzjoni tal-fini”), f’konformità mal-Artikolu 13;
|
|
(c)
|
tkun adegwata, rilevanti, u limitata għal dak li hu meħtieġ b’rabta mal-finijiet li għalihom tkun qed tiġi pproċessata (“minimizzazzjoni tad-data”);
|
|
(d)
|
tkun preċiża u, meta jkun meħtieġ, tinżamm aġġornata; irid jittieħed kwalunkwe pass raġonevoli biex jiġi żgurat li d-data personali li ma tkunx preċiża, fid-dawl tal-finijiet li għalihom tiġi pproċessata, titħassar jew tiġi rettifikata mingħajr dewmien (“preċiżjoni”);
|
|
(e)
|
tinżamm f’forma li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal żmien mhux itwal milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom id-data personali tiġi pproċessata; id-data personali tista’ tinħażen għal perjodi itwal dment li d-data personali tiġi pproċessata biss għall-finijiet ta’ arkivjar fl-interess pubbliku, għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika jew storika jew għall-finijiet ta’ statistika f’konformità mal-Artikolu 13 soġġett għall-implimentazzjoni tal-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa rikjesti minn dan ir-Regolament sabiex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data (“limitazzjoni tal-ħżin”);
|
|
(f)
|
tiġi pproċessata b’mod li jiżgura sigurtà xierqa tad-data personali, inkluża l-protezzjoni mill-ipproċessar mhux awtorizzat jew illegali u kontra t-telf, il-qerda jew il-ħsara aċċidentali, bl-użu ta’ miżuri tekniċi jew organizzattivi xierqa (“integrità u kunfidenzjalità”).
|
|
|
Artikolu 4 2
|
2. Il-kontrollur għandu jkun responsabbli għall-konformità mal-paragrafu 1 u jkun kapaċi juriha (“responsabbiltà”).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|