1. Is-suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li jirċievi d-data personali li tikkonċerna lilu, li huwa jkun ipprovda lil kontrollur, f’format strutturat, użat komunement u li jinqara permezz ta’ magna u jkollu d-dritt li jibgħat dik id-data lil kontrollur ieħor mingħajr tfixkil mingħand il-kontrollur li lilu tkun ingħatat id-data personali, meta:
|
(a)
|
l-ipproċessar ikun ibbażat fuq kunsens skont il-punt (d) tal-Artikolu 5(1) jew il-punt (a) tal-Artikolu 10(2) jew fuq kuntratt skont il-punt (c) tal-Artikolu 5(1); u
|
|
(b)
|
l-ipproċessar jitwettaq b’mezzi awtomatizzati.
|