+Artikolu 1 Definizzjonijiet

Artikolu 1 Definizzjonijiet

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) “attività bħala persuna impjegata” tfisser kwalunkwe attività jew sitwazzjoni ekwivalenti meqjusa bħala attività għall-għanijiet tal-leġislazzjoni dwar is-sigurtà soċjali ta' l-Istat Membru li fih teżisti din l-attività jew sitwazzjoni ekwivalenti;

(b) “attività bħala persuna li taħdem għal rasha” tfisser kwalunkwe attività jew sitwazzjoni ekwivalenti meqjusa bħala attività għall-għanijiet tal-leġislazzjoni dwar is-sigurtà soċjali ta' l-Istat Membru li fih teżisti din l-attività jew sitwazzjoni ekwivalenti;

(ċ) “persuna assigurata”, fil-kuntest tal-fergħat tas-sigurtà soċjali koperti minn Titolu III, Kapitoli 1 u 3, tfisser kwalunkwe persuna li tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa taħt il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru kompetenti taħt Titolu II biex ikollu d-dritt għal benefiċċji, dejjem waqt li jittieħdu in konsiderazzjoni d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;

(d) “impjegat maċ-ċivil” tfisser persuna meqjusa bħala tali jew trattata bħala tali mill-Istat Membru li tiegħu hija suġġetta l-amministrazzjoni li timpjega lil din il-persuna;

(e) “skema speċjali għall-impjegati maċ-ċivil” tfisser kwalunkwe skema ta' sigurtà soċjali li hija differenti mill-iskema ġenerali ta' sigurtà soċjali li tapplika għal persuni impjegati fl-Istat Membru konċernat u li għaliha huma suġġetti l-impjegati maċ-ċivil kollha, jew ċerti kategoriji minnhom;

(f) “ħaddiema bejn il-fruntieri” tfisser kwalunkwe persuna li twettaq attività bħala impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru u li toqgħod fi Stat Membru ieħor fejn din il-persuna tirritorna, bħala regola, kuljum jew ta' l-anqas darba fil-ġimgħa;

(g) “refuġjat” għandu jkollha t-tifsira mogħtija lilha fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Istatus ta' Refuġjati, iffirmata f'Ġeneva fit-28 ta' Lulju 1951;

(h) “persuna mingħajr Stat” għandu jkollha t-tifsira mogħtija lilha fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Istatus ta' Persuni mingħajr Stat, iffirmata fi New York fit-28 ta' Settembru 1954;

(i) “membru tal-familja” tfisser

1.

 

(i) kwalunkwe persuna definita jew rikonoxxuta bħala membru tal-familja jew indikata bħala membru tad-dar mil-leġislazzjoni li taħtha jingħataw il-benefiċċji;

(ii) fir-rigward ta' benefiċċji mogħtija in natura skond it-Titolu III, Kapitolu 1 dwar benefiċċji marbuta mal-mard, benefiċċji ta' maternità u benefiċċji ekwivalenti ta' paternità, kwalunkwe persuna definita jew rikonoxxuta bħala membru tal-familji jew indikata bħala membru tad-dar mil-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru fejn din il-persuna għandha r-residenza tagħha;

2. Jekk il-leġislazzjoni ta' Stat Membru li hija applikabbli taħt is-subparagrafu 1 ma tagħmilx distinzjoni bejn membri tal-familji u persuni oħra li tapplika għalihom, ir-raġel jew il-mara, l-ulied minorenni, u l-ulied li għandhom l-età tagħhom iżda għadhom jiddependu fuq il-ġenituri għandhom jitqiesu bħala membri tal-familja;

3. Jekk, taħt il-leġislazzjoni applikabbli taħt is-subparagrafi 1 u 2, persuna titqies bħala membru tal-familja jew membru tad-dar biss jekk hija tgħix fl-istess dar mal-persuna assigurata jew mal-persuna pensjonanta, din il-kondizzjoni għandha titqies bħallikieku sodisfatta jekk il-persuna konċernata tiddependi primarjament fuq il-persuna assigurata jew fuq il-persuna pensjonanta;

(j) “residenza” tfisser il-post fejn persuna għandha r-residenza abitwali tagħha;

(k) “żjara” tfisser residenza temporanja;

(l) “leġislazzjoni” tfisser, fir-rigward ta' kull Stat Membru, liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet statutorji oħra u kull miżuri ta' implimentazzjoni oħra kollha marbutin mal-fergħat tas-sigurtà soċjali koperti mill-Artikolu 3(1);

Dan it-terminu ma jinkludix disposizzjonijiet kuntrattwali ħlief dawk li jservu biex jimplimentaw obbligu ta' assigurazzjoni li joħroġ mil-liġijiet u mir-regolamenti msemmija fis-subparagrafu preċedenti jew li kienu s-suġġett ta' deċiżjoni mill-awtoritajiet pubbliċi li għamlithom obbligatorji jew li wessgħat l-ambitu tagħhom, sakemm l-Istat Membru konċernat jagħmel dikjarazzjoni dwar dan. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun innotifikata lill-President tal-Parlament Ewropew u lill-President tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun ippubblikata wkoll fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;

(m) “awtorità kompetenti” tfisser, fir-rigward ta' kull Stat Membru, il-Ministru, il-Ministri jew awtorità ekwivalenti oħra responsabbli għal skemi ta' sigurtà soċjali fl-Istat Membru konċernat kollu jew f'xi parti minnu;

(n) “Kummissjoni Amministrattiva” tfisser il-kummissjoni msemmija fl-Artikolu 71;

▼M9

(na) “Awtorità Ewropea tax-Xogħol” tfisser il-korp stabbilit permezz tar-Regolament 2019/1149 tal-Parlament Ewropew tal-Kunsill ( 1 ) u msemmija fl-Artikolu 74a;

▼B

(o) “Regolament ta' Implimentazzjoni” tfisser ir-Regolament imsemmi fl-Artikolu 89;

(p) “istituzzjoni” tfisser, fir-rigward ta' kull Stat Membru, l-organu jew l-awtorità responsabbli mill-applikazzjoni tal-leġislazzjoni kollha jew ta' parti minnha;

(q) “istituzzjoni kompetenti” tfisser:

(i) l-istituzzjoni li l-persuna konċernat jkun assigurat magħha meta ssir l-applikazzjoni għal benefiċċju; jew

(ii) l-istituzzjoni li minnha l-persuna konċernata hija jew tkun intitolata għal benefiċċji jekk hija jew membru jew membri tal-familja tagħha jkollha jew ikollhom ir-residenza fl-Istat Membru fejn tinstab l-istituzzjoni; jew

(iii) l-istituzzjoni indikata mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat; jew

(iv) fil-każ ta' skema marbuta ma' l-obbligu ta' min iħaddem fir-rigward tal-benefiċċji stabbiliti fl-Artikolu 3(1), jew il-persuna li tħaddem jew li tassigura konċernata jew, fin-nuqqas ta' dawn, l-organu jew l-awtorità indikata mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat;

(r) “istituzzjoni tal-post ta' residenza” u “istituzzjoni tal-post taż-żjara” jfissru, rispettivament, l-istituzzjoni li hija kompetenti biex tagħti benefiċċji fil-post fejn il-persuna konċernata għandha r-residenza tagħha u l-istituzzjoni li hija kompetenti biex tagħti benefiċċji fil-post fejn il-persuna konċernata qiegħda toqgħod waqt iż-żjara, skond il-leġislazzjoni amministrata minn dik l-istituzzjoni jew, fejn ma teżistix istituzzjoni ta' dan it-tip, l-istituzzjoni indikata mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat;

(s) “Stat Membru kompetenti” tfisser l-Istat Membru fejn tinstab l-istituzzjoni kompetenti;

(t) “perjodu ta' assigurazzjoni” tfisser perjodi ta' kontribuzzjoni, impjieg jew impjieg għal rashom kif definiti jew rikonoxxuti bħala perjodi ta' assigurazzjoni mil-leġislazzjoni li taħthom ikunu magħmulin jew meqjusin bħala magħmula, u l-perjodi kollha meqjusin bħala tali, fejn il-leġislazzjoni msemmijja tqishom bħala ekwivalenti għal perjodi ta' assigurazzjoni;

(u) “perjodu ta' impjieg” jew “perjodu ta' impjieg għal rashom” tfisser perjodi definit jew rikonoxxuti bħala tali mil-leġislazzjoni li kienu magħmulin taħtha, u l-perjodi kollha meqjusin bħala tali, fejn il-leġislazzjoni msemmija tqishom bħala ekwivalenti għal perjodi ta' impjieg jew għal perjodi ta' impjieg għal rashom;

(v) “perjodu ta' residenza” tfisser perjodi definiti jew rikonoxxuti bħala tali mil-leġislazzjoni li taħtha kienu magħmulin jew meqjusin bħala magħmulin;

▼M1

(va) “benefiċċji in natura” tfisser:

(i) għall-finijiet tat-Titolu III, Kapitolu I (benefiċċji marbutin mal-mard, benefiċċji ta’ maternità u benefiċċji ekwivalenti ta’ paternità), il-benefiċċji in natura previsti taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li huma maħsuba biex jiġu fornuti, jitqiegħdu għad-dispożizzjoni, iħallsu direttament jew iħallsu lura l-ispejjeż għall-kura medika u prodotti u servizzi anċillari għal dik il-kura. Dan jinkudi benefiċċji in natura ta’ kura għal perijodu fit-tul;

(ii) għall-finijiet tat-Titolu III, Kapitolu 2 (aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard ikkaġunat mix-xogħol), kull benefiċċju in natura relatat ma’ aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard ikkaġunat mix-xogħol kif iddefinit fil-punt (i) hawn fuq u kif previst taħt l-iskemi tal-Istati Membri dwar aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard ikkaġunat mix-xogħol;

▼B

(w) “pensjoni” tkopri mhux biss pensjonijiet imma wkoll benefiċċji mogħtijin bħala somma waħda f'daqqa li jistgħu jingħataw minflok il-pensjoni u ħlas fil-forma ta' ħlas lura ta' kontribuzzjonijiet u, mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet tat-Titolu III, żidied fuq bażi ta' valutazzjoni mill-ġdid jew allowances supplimentarji;

(x) “benefiċċji ta' qabel l-irtirar” tfisser: il-benefiċċji kollha mogħtija fi flus, minbarra benefiċċji marbuta mal-fatt li persuna ma tkunx impjegata jew benefiċċji marbuta ma' l-età mogħtija qabel l-età ta' l-irtirar, mogħtija minn età speċifika lil ħaddiema li naqqsu, waqfu jew issospendew l-attivitajiet tagħhom li jrendu dħul sa l-età li fiha jikkwalifikaw għal pensjoni marbuta ma' l-età jew pensjoni ta' rtirar kmieni mix-xogħol, u li l-għoti tagħhom ma jiddependix minn jekk il-persuna konċernata tkunx disponibbli għas-servizzi ta' impjieg ta' l-Istat kompetenti; “benefiċċji marbuta ma' l-età mogħtija qabel l-età ta' l-irtirar” tfisser benefiċċji mogħti qabel persuna tilħaq l-età li tintitola għal pensjoni u li jew tibqa' tingħata wara li persuna tilħaq l-età msemmija jew li tinbidel minn benefiċċju ieħor marbut ma' l-età;

(y) “għotja tal-mewt” tfisser pagament ta' darba fil-każ ta' mewt, minbarra l-benefiċċji li jingħataw f'somma waħda sħiħa msemmija fis-subparagrafu w;

(z) “benefiċċju marbut mal-familja” tfisser il-benefiċċji kollha in natura jew fi flus maħsuba biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż tal-familja, minbarra għotjiet ta' pagamenti għall-manteniment u allowances speċjali marbutin mat-twelid ta' tarbija u ma' adozzjoni msemmija fl-Anness I.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 31.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0883
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.