|
+ANNESS VI IDENTIFIKAZZJONI TA' LEĠISLAZZJONI TAT-TIP A LI GĦANDHA TKUN SUĠĠETTA GĦALL-KORDINAZZJONI SPEĊJALI |
ANNESS VI IDENTIFIKAZZJONI TA' LEĠISLAZZJONI TAT-TIP A LI GĦANDHA TKUN SUĠĠETTA GĦALL-KORDINAZZJONI SPEĊJALIANNESS VI IDENTIFIKAZZJONI TA' LEĠISLAZZJONI TAT-TIP A LI GĦANDHA TKUN SUĠĠETTA GĦALL-KORDINAZZJONI SPEĊJALI (L-Artikolu 44(1)) IR-REPUBBLIKA ĊEKA Pensjoni ta’ diżabbiltà sħiħa għal persuni li d-diżabbiltà totali tagħhom rriżultat qabel dawn ikunu għalqu l-età ta’ tmintax-il sena u li ma kinux assigurati għall-perijodu meħtieġ (it-Taqsima 42 tal-Att dwar l-Assigurazzjoni tal-Pensjoni Nru 155/1995 Coll.) L-ESTONJA (a) Pensjonijiet tal-invalidità mogħtijin qabel l-1 ta’ April 2000 taħt l-Att dwar Allowances tal-Istat u li huma miżmuma taħt l-Att dwar l-Assigurazzjoni tal-Pensjoni tal-Istat (b) Pensjonjiet nazzjonali mogħtijin abbażi ta’ invalidità skont l-Att dwar l-Assigurazzjoni tal-Pensjoni tal-Istat (c) Pensjonijiet tal-invalidità mogħtijin skont l-Att dwar is-Servizzi tal-Forzi tad-Difiża, l-Att dwar is-Servizzi tal-Pulizija, l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur, l-Att dwar l-Istatus tal-Imħallfin, l-Att dwar is-Salarji, il-Pensjonijiet u Garanziji Soċjali Oħra tal-Membri tar-Riigikogu u l-Att dwar il-Benefiċċji Uffiċjali tal-President tar-Repubblika (d) Il-benefiċċju għall-kapaċità tax-xogħol mogħti skont l-Att dwar il-Benefiċċju għall-Kapaċità tax-Xogħol. L-IRLANDA Parti 2, Kapitolu 17, tal-Att Konsolidat tal-2005 dwar l-Assistenza Soċjali IL-GREĊJA Leġislazzjoni dwar l-iskema ta' assigurazzjoni agrikola (OGA), taħt il-Liġi Nru 4169/1961 IL-KROAZJA (a) Pensjoni għall-invalidità minħabba mard jew korriment fuq il-post tax-xogħol skont l-Artikolu 52(5) tal-Att dwar l-Assigurazzjoni għall-Pensjoni (ĠU 102/98, kif emendat). (b) Allowance għal dannu fiżiku skont l-Artikolu 56 tal-Att dwar l-Assigurazzjoni għall-Pensjoni (ĠU 102/98, kif emendat). IL-LATVJA Pensjoniet tal-invalidità (it-tielet grupp) taħt l-Artikolu 16(1)(2) tal-Liġi dwar il-Pensjonijiet tal-Istat tal-1 ta’ Jannar 1996 L-UNGERIJA Skont l-Att CXCI tal-2011 dwar il-benefiċċji għall-persuni b’kapaċità għax-xogħol mibdula u emendi ta’ ċerti testi oħrajn, mill-1 ta’ Jannar 2012: (a) il-benefiċċju għar-riabilitazzjoni; (b) il-benefiċċju għall-invalidità. IS-SLOVAKKJA Pensjoni tal-invalidità għal persuna li tkun saret invalida meta kienet wild dipendenti jew waqt l-istudji tagħha full-time għal dottorat meta kellha taħt is-26 sena u li tkun meqjusa li dejjem osservat il-perjodu meħtieġ ta’ assigurazzjoni (l-Artikolu 70(2), l-Artikolu 72(3) u l-Artikolu 73(3) u (4) tal-Att Nru 461/2003 dwar l-assigurazzjoni soċjali, kif emendat). ▼M1 ————— IL-FINLANDJA Pensjonijiet Nazzjonali lil persuni mwielda b’diżabbiltà jew li saru diżabbli f’età bikrija (l-Att dwar il-Pensjonijiet Nazzjonali, 568/2007) Pensjonijiet tal-invalidità ddeterminati skont regoli transitorji u mogħtijin qabel l-1 ta’ Jannar 1994 (l-Att dwar l-Infurzar tal-Att dwar il-Pensjonijiet Nazzjonali, 569/2007) L-IŻVEZJA Il-kumpens għall-mard relatat mal-introjtu u l-kumpens għall-attività relatat mal-introjtu (il-Kapitolu 34 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali). IR-RENJU UNIT Benefiċċju għall-Impjieg u l-Appoġġ (ESA) (a) Għall-għotjiet mogħtija qabel l-1 ta' April 2016, l-ESA huwa benefiċċju tal-mard bi flus għall-ewwel 91 jum (Fażi ta' Valutazzjoni). Mit-92 jum, l-ESA (Fażi Ewlenija) isir benefiċċju tal-invalidità; (b) Għall-għotjiet mogħtija qabel l-1 ta' April 2016, l-ESA huwa benefiċċju tal-mard bi flus għall-ewwel 365 jum (Fażi ta' Valutazzjoni). Mit-366 jum, l-ESA (Grupp ta' Appoġġ) isir benefiċċju tal-invalidità. Il-leġiżlazzjoni tal-Gran Brittanja: Il-Parti 1 tal-Att dwar ir-Riforma Soċjali tal-2007. Il-leġiżlazzjoni tal-Irlanda ta' Fuq: Il-Parti 1 tal-Att dwar ir-Riforma Soċjali (l-Irlanda ta' Fuq) tal-2007. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|