|
+ANNESS VIII IL-KAZIJIET LI FIHOM IL-KALKOLU PRO RATA GĦANDU JIĠI RINUNZJAT JEW M’GĦANDUX JAPPLIKA |
ANNESS VIII IL-KAZIJIET LI FIHOM IL-KALKOLU PRO RATA GĦANDU JIĠI RINUNZJAT JEW M’GĦANDUX JAPPLIKAANNESS VIII IL-KAZIJIET LI FIHOM IL-KALKOLU PRO RATA GĦANDU JIĠI RINUNZJAT JEW M’GĦANDUX JAPPLIKA (Artikolu 52 (4) u 52 (5)) Parti 1: Kazijiet li fihom il-kalkolu pro rata għandu jkun rinunzjat skont l-Artikolu 52(4) ID-DANIMARKA L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet imsemmija fil-liġi dwar il-pensjonijiet soċjali, minbarra l-pensjonijiet imsemmija fl-Anness IX. L-IRLANDA L-applikazzjonijiet kollha għal pensjoni tal-istat (transitorja), pensjoni tal-istat (kontributorja), pensjoni (kontributorja) tan-nisa romol u pensjoni (kontributorja) tal-irġiel romol. ĊIPRU L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet tax-xjuħija, tal-invalidità, tal-irġiel romol u tan-nisa romol. IL-LATVJA (a) L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet tal-invalidità (il-Liġi dwar il-Pensjonijiet tal-Istat tal-1 ta’ Jannar 1996). (b) L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet tas-superstiti (il-Liġi dwar il-pensjonijiet tal-Istat tal-1 ta’ Jannar 1996; il-Liġi dwar il-pensjonijiet iffinanzjati mill-Istat tal-1 ta’ Lulju 2001). IL-LITWANJA L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet tas-superstiti tas-sigurtà soċjali tal-Istat ikkalkulati abbażi tal-ammont bażiku tal-pensjoni tas-superstiti (il-Liġi dwar il-Pensjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Istat). L-OLANDA L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet tax-xjuħija taħt il-liġi dwar l-assigurazzjoni ġenerali tax-xjuħija (AOW). L-AWSTRIJA (a) L-applikazzjonijiet kollha għal benefiċċji taħt l-Att Federali tad-9 ta’ Settembru 1955 dwar l-Assigurazzjoni Soċjali - ASVG, l-Att Federali tal-11 ta’ Ottubru 1978 dwar l-assigurazzjoni soċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom li jaħdmu fin-negozju u l-kummerċ - GSVG, l-Att Federali tal-11 ta’ Ottubru 1978 dwar is-sigurtà soċjali għall-bdiewa li jaħdmu għal rashom - BSVG u l-Att Federali tat-30 ta’ Novembru 1978 dwar l-assigurazzjoni għal dawk li jaħdmu għal rashom fil-professjonijiet liberi (FSVG). (b) L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet tal-invalidità bbażati fuq kont tal-pensjoni skont l-Att dwar il-Pensjonijiet Ġenerali (APG) tat-18 ta’ Novembru 2004. (c) L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet tas-superstiti bbażati fuq kont tal-pensjoni skont l-Att dwar il-Pensjonijiet Ġenerali (General Pensions Act – APG) tat-18 ta’ Novembru 2004, bl-eċċezzjoni tal-każijiet fil-Parti 2. (d) L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet tal-invalidità u tas-superstiti tal-Kamra Provinċjali Awstrijaka tat-Tobba (Landesärztekammer) ibbażati fuq servizzi bażiċi (benefiċċju bażiku jew kwalunkwe benefiċċju supplimentari, jew pensjoni bażika). (e) L-applikazzjonijiet kollha għal sostenn permanenti tal-invalidità okkupazzjonali u sostenn għas-superstiti mill-fond ta’ pensjoni tal-Kamra Awstrijaka ta’ Kirurgi Veterinarji. (f) L-applikazzjonijiet kollha għal benefiċċji li jirriżultaw minn pensjonijiet tal-invalidità okkupazzjonali, pensjonijiet tar-romol u pensjonijiet tal-iltiema skont l-istatuti tal-istituzzjonijiet assistenzjali tal-assoċjazzjonijiet tal-avukatura Awstrijaka, Parti A. (g) L-applikazzjonijiet kollha għall-benefiċċji skont l-Att dwar l-Assigurazzjoni Notarili tat-3 ta’ Frar 1972 — NVG 1972. IL-POLONJA L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet tad-diżabbiltà, il-pensjonijiet tal-irtirar skont l-iskema ta' benefiċċji definita u l-pensjonijiet tas-superstiti, minbarra l-każijiet fejn il-perjodi totalizzati ta' assigurazzjoni kkompletati taħt il-leġislazzjoni ta' aktar minn Stat Membru wieħed, huma ugwali jew itwal minn 20 sena għan-nisa u 25 sena għall-irġiel iżda l-perjodi nazzjonali tal-assigurazzjoni huma inferjuri għal dawn il-limiti (u mhux inqas minn 15-il sena għan-nisa u 20 sena għall-irġiel), u l-kalkolu huwa magħmul skont l-Artikoli 27 u 28 tal-Att tas-17 ta' Diċembru 1998 (ĠU 2015, partita 748). IL-PORTUGALL L-applikazzjonijiet kollha għal talbiet ta' pensjoni għall-invalidità, tax-xjuħija u tas-superstiti, minbarra l-każijiet fejn il-perjodi totalizzati ta' assikurazzjoni magħmula taħt il-leġiżlazzjoni ta' aktar minn Stat Membru wieħed huma ugwali jew itwal minn 21 sena kalendarja, imma l-perjodi nazzjonali ta' assikurazzjoni huma ugwali għal jew taħt l-20 sena, u l-kalkolu huwa magħmul skont l-Artikoli 32 u 33 tad-Digriet-Liġi Nru 187/2007, tal-10 ta' Mejju 2007. IS-SLOVAKKJA (a) L-applikazzjonijiet kollha għal pensjoni tas-superstiti (il-pensjoni tal-armla, tal-armel u tal-orfni) kkalkulata skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2004, li l-ammont tagħha tkun ġejja minn pensjoni li qabel tħallset lill-mejjet. (b) L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet ikkalkulati skont l-Att Nru 461/2003 Coll. dwar is-sigurtà soċjali kif emendat. L-IŻVEZJA (a) L-applikazzjonijiet għal pensjoni tal-irtirar f'forma ta' pensjoni garantita (il-Kapitoli 66 u 67 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali); (b) L-applikazzjonijiet għal pensjoni tal-irtirar f'forma ta' pensjoni supplimentarja (il-Kapitolu 63 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali). IR-RENJU UNIT L-applikazzjonijiet kollha għal pensjoni tal-irtirar, pensjoni tal-istat skont il-Parti 1 tal-Att dwar il-Pensjonijiet tal-2014 u l-benefiċċji tar-romol u tal-mewt, bl-eċċezzjoni ta' dawk li għalihom matul sena tat-taxxa li tibda fis-6 ta' April 1975 jew wara: (i) il-parti kkonċernata kienet għamlet perijodi ta’ assigurazzjoni, impjieg jew residenza taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit u Stat Membru ieħor; u sena ta’ tassazzjoni waħda (jew aktar) ma kinitx ikkunsidrata bħala sena li tikkwalifika fis-sens tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit; (ii) il-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula taħt il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fir-Renju Unit għall-perijodi ta’ qabel il-5 ta’ Lulju 1948 jittieħdu inkonsiderazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament bl-applikazzjoni tal-perijodi ta’ assigurazzjoni, impjieg jew residenza taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor. L-applikazzjonijiet kollha għal pensjoni addizzjonali skont l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali tal-1992, taqsima 44, u l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali (l-Irlanda ta’ Fuq) tal-1992, taqsima 44. Parti 2: Il-kazijiet li fihom japplika l-Artikolu 52(5) IL-BULGARIJA Pensjonijiet tax-xjuħija mill-Assigurazzjoni tal-Pensjoni Obbligatorja Supplimentari, taħt Parti II, Titolu II, tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali. IR-REPUBBLIKA ĊEKA Il-pensjonijiet huma mħallsa mill-iskema tat-Tieni Pilastru stabbilita bl-Att Nru 426/2011 Coll., dwar it-tfaddil għall-pensjoni. ID-DANIMARKA (a) Pensjonijiet personali; (b) Benefiċċji f’każ ta’ mewt (akkumulati abbażi ta’ kontribuzzjonijiet lill-Arbejdsmarkedets Tillægspension marbutin maż-żmien qabel l-1 ta’ Jannar 2002); (c) Benefiċċji f’każ ta’ mewt (akkumulati abbażi ta’ kontribuzzjonijiet lill-Arbejdsmarkedets Tillægspension marbutin maż-żmien qabel l-1 ta’ Jannar 2002) imsemmija fl-Att Ikkonsolidat dwar il-Pensjoni Supplimentari tas-Suq tax-Xogħol (Arbejdsmarkedets Tillægspension) 942:2009. L-ESTONJA Skema tal-pensjonijiet tax-xjuħija b’finanzjament obbligatorju. FRANZA Skemi bażiċi jew supplimentari li fihom il-benefiċċji tax-xjuħija huma kkalkulati abbazi ta’punti tal-irtirar. IL-KROAZJA Pensjonijiet mill-iskema tal-assigurazzjoni obbligatorja bbażati fuq tfaddil kapitalizzat individwali skont l-Att dwar il-Fondi tal-Pensjonijiet Volontarji u Obbligatorji (ĠU 49/99, kif emendat) u l-Att dwar il-Kumpaniji ta’ Assigurazzjoni tal-Pensjoni u l-Ħlas tal-Pensjonijiet Ibbażat fuq Tfaddil Kapitalizzat Individwali (ĠU 106/99, kif emendat), ħlief fil-każijiet previsti mill-Artikoli 47 u 48 tal-Att dwar il-Fondi tal-Pensjonijiet Volontarji u Obbligatorji (pensjoni għall-invalidità bbażata fuq inkapaċità ġenerali għax-xogħol u pensjoni tas-superstiti). IL-LATVJA Pensjonijiet tax-xjuħija (il-Liġi dwar il-pensjonijiet tal-Istat tal-1 ta’ Jannar 1996. il-Liġi dwar il-pensjonijiet iffinanzjati mill-Istat tal-1 ta’ Lulju 2001). L-UNGERIJA Benefiċċji tal-pensjonijiet ibbazati fuq is-sħubija f’fondi ta’ pensjonijiet privati. L-AWSTRIJA (a) Il-pensjonijiet tal-irtirar u l-pensjoni tas-superstiti derivata minnhom huma bbażati fuq kont tal-pensjoni skont l-Att dwar il-Pensjonijiet Ġenerali (APG) tat-18 ta’ Novembru 2004; (b) Allowances obbligatorji taħt l-Artikolu 41 tal-Liġi Federali tat-28 ta’ Diċembru 2001, BGB1 I Nru 154 dwar il-fond ġenerali tas-salarji tal-ispizjara Awstrijaċi (Pharmazeutische Gehaltskasse für Österreich); (c) Pensjonijiet ta’ rtirar u rtirar kmieni mix-xogħol tal-Kamra Provinċjali Awstrijaka tat-Tobba bbażati fuq servizzi bażiċi (benefiċċju bażiku u kwalunkwe benefiċċju supplimentari, jew pensjoni bażika), u l-benefiċċji ta’ pensjonijiet kollha tal-Kamra Provinċjali Awstrijaka tat-Tobba bbażati fuq servizz addizzjonali (pensjoni addizzjonali jew individwali); (d) Sostenn tax-xjuħija mill-fond ta’ pensjoni tal-Kamra Awstrijaka ta’ Kirurgi Veterinarji; (e) Benefiċċji skont l-istatuti tal-istituzzjonijiet assistenzjali tal-assoċjazzjonijiet tal-Avukatura Awstrijaka, Partijiet A u B, bl-eċċezzjonijiet tal-applikazzjoni għal benefiċċji minn pensjonijiet tad-diżabbiltà, tar-romol u tal-iltiema skont l-istatuti tal-istituzzjonijiet assistenzjali tal-assoċjazzjonijiet tal-avukatura Awstrijaka, Parti A; (f) Benefiċċji mill-istituzzjonijiet assistenzjali tal-Kamra Federali tal-Periti u l-Inġiniera Konsulenti taħt l-Att tal-Kamra tal-Inġiniera Ċivili Awstrijaka (Ziviltechnikerkammergesetz) 1993 u l-istatuti tal-istituzzjonijiet assistenzjali, bl-eċċezzjoni ta’ benefiċċji għal raġunijiet ta’ invalidità okkupazzjonali u benefiċċji tas-superstiti li ġejjin mill-benefiċċji msemmija l-aħħar; (g) Benefiċċji skont l-istatut tal-istituzzjoni assistenzjali tal-Kamra Federali tal-Accountants u l-Konsulenti tat-Taxxa Professjonali taħt l-Att dwar l-Accountants u l-Konsulenti tat-Taxxa Professjonali Awstrijaki (Wirtschaftstreuhandberufsgesetz). IL-POLONJA Pensjonijiet tax-xjuħija taħt l-iskema tal-kontribuzzjoni ddefinita. IL-PORTUGALL Pensjonijiet supplimentari mogħtija skont il-Liġi-Digriet Nru 26/2008 tat-22 ta’ Frar 2008 (skema tal-kapitalizzazzjoni pubblika). IS-SLOVENJA Pensjoni minn assigurazzjoni ta’ pensjoni supplimentari obbligatorja. IS-SLOVAKKJA Tfaddil obbligatorju għall-pensjoni tax-xjuħija. L-IŻVEZJA Il-pensjoni tal-irtirar fil-forma ta' pensjoni tal-introjtu u pensjoni primjum (il-Kapitoli 62 u 64 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali). IR-RENJU UNIT Benefiċċji kklassifikati tal-irtirar imħallsa skont l-Att dwar l-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-1965, it-taqsimiet 36 u 37, u l-Att dwar l-Assigurazzjoni Nazzjonali (l-Irlanda ta’ Fuq) tal-1966, it-taqsimiet 35 u 36. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|