Artikolu 62
Prinċipji
(1) Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 35 u l-Artikolu 41 tar-Regolament bażiku, l-ammont reali tal-infiq għall-benefiċċji in natura, kif jidhru fil-kontijiet tal-istituzzjoni li pprovdiethom, għandhom jitħallsu lura lil dik l-istituzzjoni mill-istituzzjoni kompetenti, ħlief fejn huwa applikabbli l-Artikolu 63 tar-Regolament implimentattiv.
(2) Jekk kwalunkwe jew parti mill-ammont reali tal-infiq imsemmi fil-paragrafu 1 ma jidhirx fil-kontijiet tal-istituzzjoni li pprovdiethom, l-ammont tar-rifużjoni għandu jiġi ddeterminat abbażi ta’ ħlas ta’ somma f’daqqa kkalkulata mir-referenzi adatti kollha li joħorġu mid-data disponibbli. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tevalwa l-bażijiet li ġew użati għal kalkolu tar-rati ffissati u tistabbilixxi l-ammont.
(3) Rati aktar għolja minn dawk li huma applikabbli għall-benefiċċji in natura mogħtija lill-persuni assigurati oġġetti għal-leġislazzjoni applikata mill-istituzzjoni li tat il-benefiċċji msemmija fil-paragrafu 1 ma jistgħux ikunu kkunsidrati għall-ħlas lura.