+Artikolu 9 1.

Artikolu 9 1.

L-operaturi għandhom jiġbru informazzjoni, dokumenti u data li juru li l-prodotti rilevanti jikkonformaw mal-Artikolu 3. Għal dan il-għan, l-operatur għandu jiġbor, jorganizza u jżomm għal ħames snin mid-data tal-introduzzjoni fis-suq, jew tal-esportazzjoni tal-prodotti rilevanti, l-informazzjoni li ġejja, akkumpanjata minn evidenza, relatata ma’ kull prodott rilevanti:

(a) 

deskrizzjoni, inkluż l-isem kummerċjali u t-tip tal-prodotti rilevanti kif ukoll, fil-każ ta’ prodotti rilevanti li fihom jew li saru bl-użu tal-injam, l-isem komuni tal-ispeċijiet u l-isem xjentifiku sħiħ tagħhom; id-deskrizzjoni tal-prodotti relevanti għandha tinkludi l-lista ta’ komoditajiet rilevanti jew prodotti rilevanti li jinsabu fihom jew li jintużaw biex isiru dawk il-prodotti;

▼M2

(b) 

il-kwantità tal-prodotti rilevanti; għal prodotti rilevanti li jkunu qed jidħlu jew li joħorġu mis-suq, il-kwantità għandha tiġi espressa f’kilogrammi tal-massa netta u, fejn applikabbli, fl-unità supplimentari stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 ( 2 ) li tikkorrispondi għall-kodiċi tas-Sistema Armonizzata indikata, jew, fil-każijiet l-oħra kollha, il-kwantità trid tiġi espressa f’massa netta jew, fejn ikun applikabbli, f’volum nett jew f’għadd ta’ unitajiet; unità supplimentari hi applikabbli fejn tkun iddefinita b’mod konsistenti għas-subintestaturi kollha possibbli skont il-kodiċi tas-Sistema Armonizzata msemmi fid-dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta jew fejn tkun ipprovduta bħala parti mid-dikjarazzjoni simplifikata;

▼B

(c) 

il-pajjiż tal-produzzjoni u, fejn rilevanti, partijiet minnu;

(d) 

il-ġeolokalizzazzjoni tal-biċċiet art kollha fejn ġew prodotti l-komoditajiet rilevanti li l-prodott rilevanti fih, jew sar bl-użu tagħhom, kif ukoll id-data jew il-medda ta’ żmien li ħadet il-produzzjoni; fejn prodott rilevanti jkun fih jew ikun sar b’komoditajiet rilevanti prodotti f’biċċiet art differenti, għandha tiġi inkluża l-ġeolokalizzazzjoni tal-biċċiet art differenti kollha; kwalunkwe deforestazzjoni jew degradazzjoni tal-foresti f’dawn il-biċċiet art partikolari għandha awtomatikament tiskwalifika l-komoditajiet rilevanti u l-prodotti rilevanti kollha minn dawk il-biċċiet art milli jiġu introdotti jew jitqiegħdu fis-suq jew milli jiġu esportati; għall-prodotti rilevanti li fihom jew li saru bl-użu tal-bhejjem tal-ifrat, u għal tali prodotti rilevanti li ntemgħu bil-prodotti rilevanti, il-ġeolokalizzazzjoni għandha tirreferi għall-istabbilimenti kollha fejn jitrabbew il-bhejjem tal-ifrat; għall-prodotti rilevanti l-oħra kollha tal-Anness I, il-ġeolokalizzazzjoni għandha tirreferi għall-biċċiet art;

(e) 

l-isem, l-indirizz postali u l-indirizz elettroniku ta’ kwalunkwe negozju jew persuna li minn għandhom ikunu ġew fornuti l-prodotti rilevanti;

▼M2

(f) 

l-isem, l-indirizz postali u l-indirizz tal-posta elettronika ta’ kwalunkwe negozju, operatur downstream jew negozjant li lilu jkunu ġew ipprovduti l-prodotti rilevanti;

▼B

(g) 

informazzjoni adegwatament konklużiva u verifikabbli li l-prodotti rilevanti ma jikkontribwux għad-deforestazzjoni;

(h) 

informazzjoni adegwatament konklużiva u verifikabbli li l-komoditajiet rilevanti ġew prodotti f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-pajjiż tal-produzzjoni, inkluż kwalunkwe arranġament li jagħti d-dritt li tintuża ż-żona rispettiva għall-finijiet tal-produzzjoni tal-komodità rilevanti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1115
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.