Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa interfaċċa elettronika bbażata fuq l-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana, stabbilita bir-Regolament (UE) 2022/2399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
7
), sabiex tippermetti t-trażmissjoni tad-
data, b’mod partikolari n-notifiki u t-talbiet imsemmija fl-Artikolu 26(6) sa (9) ta’ dan ir-Regolament, bejn is-sistemi doganali nazzjonali u s-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33 ta’ dan ir-Regolament. Din l-interfaċċa elettronika għandha tiġi stabbilita sal-1 ta’ Diċembru 2029.