Kwalunkwe referenza għall-awtoritajiet maħtura f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE fl-Artikolu 7(6), il-punt (e), l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 63(3), il-punt (j), l-Artikolu 65(2), il-punt (k), u l-Artikolu 70(4) tad-Direttiva (UE) 2025/1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
), għandha tinqara bħala referenza għall-Bord fir-rigward tal-entitajiet u l-gruppi msemmija fl-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament, u għall-entitajiet u l-gruppi msemmija fl-Artikolu 7(4), il-punt (b), u l-Artikolu 7(5) ta’ dan ir-Regolament meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.