+Artikolu 58 1

Artikolu 58 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw protezzjoni xierqa tal-arranġamenti li ġejjin u tal-kontropartijiet għall-arranġamenti li ġejjin:

(a)

arranġamenti ta' garanzija, li taħthom persuna jkollha bħala garanzija interess effettiv jew kontinġenti fl-assi jew fid-drittijiet li huma soġġetti għal trasferiment, irrispettivament minn jekk dak l-interess ikunx iggarantit b'assi jew bi drittijiet speċifiċi jew permezz ta' imposta flessibbli jew arranġament simili;

(b)

arranġamenti kollaterali finanzjarji dwar trasferiment ta' titlu li taħthom kollateral li jiggarantixxi jew ikopri t-twettiq ta' obbligi speċifikati jiġi pprovdut bi trasferiment ta' sjieda sħiħa ta' assi minn fornitur ta' kollateral lir-riċevitur tal-kollateral, fuq termini li jipprevedu li r-riċevitur tal-kollateral jittrasferixxi l-assi meta jitwettqu dawk l-obbligi speċifikati;

(c)

arranġamenti ta' tpaċija, li fihom żewġ klejms jew żewġ obbligazzjonijiet jew aktar dovuti bejn l-impriża taħt riżoluzzjoni u kontroparti jistgħu jiġu paċuti b'xulxin;

(d)

arranġamenti ta' netting;

(e)

poloz marbutin ma' unitajiet jew portafolli delimitati oħrajn;

(f)

ftehimiet ta' riassigurazzjoni;

(g)

arranġamenti finanzjarji strutturati, inkluż titolizzazzjonijiet u strumenti użati għall-finijiet ta' ħħeġġjar li jifformaw parti integrali tal-aggregazzjoni ta' kopertura u li skont il-liġi nazzjonali huma ggarantiti u jinvolvu l-għoti u ż-żamma ta' titoli minn parti fl-arranġament jew minn trustee, minn aġent jew minn persuna nominata.

Il-forma ta' protezzjoni li hija xierqa, għall-klassijiet ta' arranġamenti speċifikati fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (g), għandha tintgħażel f'konformità mal-Artikoli 59 sa 62.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.