+Artikolu 83 Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn
---+Artikolu 83 1
---+Artikolu 83 2

Artikolu 83 Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 83 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom jipprevedu penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn tal-anqas fir-rigward tas-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

ksur tal-Artikoli 5 jew 7 minħabba n-nuqqas ta' tfassil, ta' manutenzjoni u ta' aġġornament ta' pjanijiet ta' rkupru preventiv u ta' pjanijiet ta' rkupru preventiv ta' grupp;

(b)

ksur tal-Artikolu 12 minħabba n-nuqqas ta' provvista tal-informazzjoni kollha neċessarja għall-iżvilupp ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni;

(c)

ksur tal-Artikolu 63(1) minħabba n-nuqqas tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju ta' entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), li jinnotifika lill-awtorità superviżorja meta dik l-entità tkun qed tfalli jew x'aktarx li tfalli.

Artikolu 83 2

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-penali amministrattivi u l-miżuri amministrattivi l-oħrajn li jkunu jistgħu jiġu applikati jkunu tal-anqas jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika, l-entità kif imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), impriża omm apikali jew persuna ġuridika oħra responsabbli għall-ksur u n-natura tal-ksur;

(b)

ordni li teħtieġ li l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli twaqqaf l-imġiba u li ma tirrepetix dik l-imġiba;

(c)

projbizzjoni temporanja ta' kwalunkwe membru tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju jew tal-maniġment superjuri tal-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), jew ta' kwalunkwe persuna fiżika oħra, li tinżamm responsabbli, milli teżerċita funzjonijiet f'impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew f'entità kif imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e);

(d)

fil-każ ta' persuna ġuridika, multi amministrattivi sa 10 % tal-fatturat nett annwali totali ta' dik il-persuna ġuridika fis-sena kontabilistika preċedenti;

(e)

fil-każ ta' persuna fiżika, multi amministrattivi sa massimu ta' EUR 5 000 000, jew fl-Istati Membri fejn l-euro ma hijiex il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-28 ta’ Jannar 2025;

(f)

multi amministrattivi sad-doppju tal-ammont tal-benefiċċju miksub minħabba l-ksur meta dak il-benefiċċju jkun jista' jiġi ddeterminat.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (d), meta l-persuna ġuridika tkun impriża sussidjarja ta' impriża prinċipali, il-fatturat rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali li jirriżulta mill-kontijiet konsolidati tal-impriża omm apikali fis-sena kontabilistika preċedenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.