+Artikolu 87 Emendi għad-Direttiva 2002/47/KE
---+Artikolu 87 (1)
---+Artikolu 87 (2)
|
Artikolu 87 Emendi għad-Direttiva 2002/47/KE
Id-Direttiva 2002/47/KE hija emendata kif ġej:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 87 (1)
|
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“6. L-Artikoli 4 sa 7 ta' din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għal kwalunkwe restrizzjoni fuq l-infurzar ta' arranġamenti ta' kollateral finanzjarju jew għal kwalunkwe restrizzjoni fuq l-effett ta' arranġament ta' kollateral finanzjarju ta' garanzija, għal kwalunkwe dispożizzjoni ta' netting b'saldu antiċipat jew ta' tpaċija imposta skont it-Titolu IV, il-Kapitolu V jew VI, tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), jew tat-Titolu V, il-Kapitolu III, it-Taqsima 3, jew il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), jew it-Titolu III, il-Kapitolu III, it-Taqsima 4, jew il-Kapitolu IV tad-Direttiva (UE) 2025/1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3), jew għal kwalunkwe restrizzjoni bħal din imposta bis-saħħa ta' setgħat simili fil-liġi domestika ta' Stat Membru sabiex tiffaċilita r-riżoluzzjoni ordnata ta' kwalunkwe entità kif imsemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li hija soġġetta għal salvagwardji tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fit-Titolu IV, Kapitolu VII, tad-Direttiva 2014/59/UE u fit-Titolu V, il-Kapitolu V, tar-Regolament (UE) 2021/23;
(*1) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190)."
(*2) Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (ĠU L 22, 22.1.2021, p. 1)."
(*3) Id-Direttiva (UE) 2025/1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u għar-riżoluzzjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 u r-Regolamenti (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2017/1129 (ĠU L, 2025/1, 8.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2025/1/oj).”;"
|
|
Artikolu 87 (2)
|
L-Artikolu 9a huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 9a
Id-Direttiva 2008/48/KE, id-Direttiva 2014/59/UE, ir-Regolament (UE) 2021/23 u d-Direttiva (UE) 2025/1
Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/48/KE, għad-Direttiva 2014/59/UE, għar-Regolament (UE) 2021/23 u għad-Direttiva (UE) 2025/1.”
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|