+Artikolu 8 5.

Artikolu 8 5.

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ASEgħandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (“Kumitat Konġunt”), jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a) 

id-dettalji tal-preżentazzjoni u l-kontenut ta’ kull wieħed mill-elementi tal-informazzjoni msemmi fil-paragrafu 3;

(b) 

il-metodoloġija li hi l-bażi tal-preżentazzjoni tar-riskji u l-benefiċċji kif imsemmi fil-punt (d) (i) u (iii) tal-paragrafu 3; u

(c) 

il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ispejjeż, inkluża l-ispeċifikazzjoni tal-indikaturi sommarji, kif imsemmi fil-punt (f) tal-paragrafu 3.

Waqt li jkunu qed jiżviluppaw l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji l-ASE għandhom jikkunsidraw id-diversi tipi ta’ PRIIPs, id-differenzi bejniethom u l-kapaċitajiet tal-investituri fil-livell tal-konsumatur kif ukoll il-karatteristiċi tal-PRIIPs sabiex jippermettu li l-investitur fil-livell tal-konsumatur jagħżel bejn investimenti sottostanti differenti jew għażliet oħra li joffri l-prodott, inkluż fejn din l-għażla tista’ sseħħ f’punti taż-żmien differenti, jew fejn tista’ tinbidel fil-futur.

L-ASE għandhom jissottomettu dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal- ►C1  31 ta' Marzu 2016 ◄ .

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1286
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.