Artikolu 9
Il-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni li fihom informazzjoni speċifika relatata mal-PRIIP ma għandhom jinkludu l-ebda dikjarazzjoni li tikkontradixxi l-informazzjoni li tinsab fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija jew li tnaqqas is-sinifikat tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija. Il-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni għandhom jindikaw li d-dokument bl-informazzjoni ewlenija huwa disponibbli u jipprovdu informazzjoni dwar kif dan jista’ jinkiseb u minn fejn, inkluż is-sit elettroniku tal-manifattur tal-PRIIP.