+Artikolu 15a
---+Artikolu 15a 1.
---+Artikolu 15a 2.
---+Artikolu 15a 3.
---+Artikolu 15a 4.
---+Artikolu 15a 5.
---+Artikolu 15a 6.
---+Artikolu 15a 7.
---+Artikolu 15a 8.

Artikolu 15a

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15a 1.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(4), l-Artikolu 3(2) u (2a), il-persuni li ġejjin jistgħu jfasslu Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir fil-każ ta’ offerta ta’ titoli lill-pubbliku, dment li ma jkollhom l-ebda titolu ammess għan-negozjar f’suq regolat:

(a) 

SMEs;

(b) 

emittenti, għajr SMEs, li t-titoli tagħhom huma ammessi, jew li għandhom jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq tat-tkabbir tal-SMEs;

(c) 

emittenti, apparti dawk imsemmijin fil-punti (a) u (b), meta l-korrispettiv aggregat totali fl-Unjoni għat-titoli offruti lill-pubbliku jkun anqas minn EUR 50 000 000 ikkalkolat fuq perjodu ta’ 12-il xahar, u dment li emittenti bħal dawn ma jkollhomx titoli nnegozjati f’MTF u jkollhom medja sa 499 impjegat matul is-sena finanzjarja preċedenti;

(d) 

offerenti ta’ titoli li nħarġu minn emittenti kif imsemmijin fil-punti (a) u (b).

Il-korrispettiv aggregat totali għat-titoli offruti lill-pubbliku, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), għandu jqis il-korrispettiv aggregat totali tal-offerti kollha għaddejjin ta’ titoli lill-pubbliku u offerti ta’ titoli lill-pubbliku li jkunu saru fit-12-il xahar qabel id-data tal-bidu ta’ offerta ġdida ta’ titoli lill-pubbliku, ħlief għal dawk l-offerti ta’ titoli lill-pubbliku li għalihom ġie ppublikat prospett jew li kienu soġġetti għal kwalunkwe eżenzjoni mill-obbligu li jiġi ppubblikat prospett skont l-Artikolu 1(4), l-ewwel subparagrafu, jew skont l-Artikolu 3(2) jew (2a). Barra minn hekk, il-konsiderazzjoni aggregata totali tat-titoli offruti lill-pubbliku għandha tinkludi t-tipi u l-klassijiet kollha ta’ titoli offruti.

Artikolu 15a 2.

B’deroga mill-Artikolu 6(1), u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18(1), il-Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir għandu jinkludi l-informazzjoni mqassra u proporzjonata rilevanti li hija neċessarja sabiex l-investituri jkunu jistgħu jifhmu dawn li ġejjin:

(a) 

il-prospetti u l-prestazzjoni finanzjarja tal-emittent u l-bidliet sinifikanti fil-pożizzjoni finanzjarja u tan-negozju tal-emittent sa minn tmiem l-aħħar sena finanzjarja, jekk ikun hemm, kif ukoll l-istrateġija ta’ tkabbir tiegħu;

(b) 

l-informazzjoni essenzjali dwar it-titoli, inkluż id-drittijiet marbutin ma’ dawk l-ishma u kwalunkwe limitu fuq dawk id-drittijiet;

(c) 

ir-raġunijiet għall-ħruġ u l-impatt tiegħu fuq l-emittent, inkluż fuq l-istruttura tal-kapital globali tal-emittent, u l-użu tar-rikavati.

Artikolu 15a 3.
L-informazzjoni li tinsab fil-Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir għandha tinkiteb u tiġi ppreżentata f’forma li tkun faċilment analizzabbli, konċiża u li tinftiehem u għandha tippermetti lill-investituri, b’mod partikolari lill-investituri individwali, sabiex jieħdu deċiżjoni informata dwar l-investiment.
Artikolu 15a 4.
Il-Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir għandu jitfassal bħala dokument uniku li jkun fih l-informazzjoni stipulata fl-Anness VII jew VIII, skont it-tipi ta’ titoli.
Artikolu 15a 5.
Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir li jirrigwarda ishma għandu jkun ta’ tul massimu ta’ 75 faċċata ta’ karta ta’ daqs A4 meta jiġi stampat u għandu jiġi ppreżentat u stabbilit b’mod li jkun faċli sabiex jinqara, bl-użu ta’ karattri ta’ daqs li jistgħu jinqraw.
Artikolu 15a 6.
Is-sommarju, l-informazzjoni inkorporata b’referenza f’konformità mal-Artikolu 19 jew l-informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi pprovduta meta l-emittent ikollu storja finanzjarja kumplessa jew ikun ħa impenn finanzjarju sinifikanti, kif imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980, jew l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fil-każ ta’ bidla grossa sinifikanti, kif definit fl-Artikolu 1, il-punt (e), ta’ dak ir-Regolament Delegat, ma għandhomx jitqiesu għat-tul massimu msemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 15a 7.
Il-Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir għandu jkun dokument f’format standardizzat u l-informazzjoni żvelata f’Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir għandha tiġi ppreżentata f’sekwenza standardizzata bbażata fuq l-ordni tal-iżvelar stipulata fl-Anness VII jew fl-Anness VIII, skont it-tipi ta’ titoli.
Artikolu 15a 8.
Il-Kummissjoni għandha, sal-5 ta’ Marzu 2026, tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 44 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kontenut imnaqqas u l-format u s-sekwenza standardizzati għall-Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir.

Dawk l-atti delegati għandhom ikunu bbażati fuq l-Annessi VII u VIII.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.