+Artikolu 37 Miżuri ta' prekawzjoni
---+Artikolu 37 1.
---+Artikolu 37 2.
---+Artikolu 37 3.
|
Artikolu 37 Miżuri ta' prekawzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 37 1.
|
Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jkollha raġunijiet ċari u li jistgħu jintwerew biex temmen li twettqu irregolaritajiet mill-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jew mill-intermedjarji finanzjarji responsabbli mill-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew li dawk il-persuni jkunu kisru l-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament, għandha tirreferi dawn is-sejbiet lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju u lill-ESMA.
|
|
Artikolu 37 2.
|
Fejn, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jew l-intermedjarji finanzjarji responsabbli mill-offerta ta' titoli lill-pubbliku jippersistu fil-ksur ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, wara li tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u l-ESMA, għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex tipproteġi lill-investituri u għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-ESMA b’dan mingħajr dewmien żejjed.
|
|
Artikolu 37 3.
|
Meta awtorità kompetenti ma taqbilx ma’ xi waħda mill-miżuri meħuda minn awtorità kompetenti oħra f'konformità mal-paragrafu 2, hija tista’ ġġib il-kwistjoni għall-attenzjoni tal-ESMA. L-ESMA tista’ taġixxi f'konformità mas-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|