+Artikolu 18 Effetti tal-awtorizzazzjoni
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
|
Artikolu 18 Effetti tal-awtorizzazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1.
|
L-attivitajiet tas-CSD awtorizzat għandhom ikunu limitati għall-forniment ta’ servizzi koperti mill-awtorizzazzjoni jew in-notifika tiegħu f’konformità mal-Artikolu 19(8).
|
|
Artikolu 18 2.
|
Sistemi ta’ saldu tat-titoli jistgħu jiġu operati biss minn CSDs awtorizzati inklużi banek ċentrali li jaġixxu bħala CSDs.
|
|
Artikolu 18 3.
|
CSD awtorizzat jista’ jkollu parteċipazzjoni biss f’persuna ġuridika li l-attivitajiet tagħha jkunu limitati għall-forniment tas-servizzi elenkati fit-Taqsimiet A u B tal-Anness, sakemm it-tali parteċipazzjoni ma tkunx approvata mill-awtorità kompetenti tagħha fuq il-bażi li ma żżidx b’mod sinifikanti l-profil ta’ riskju tas-CSD.
|
|
Artikolu 18 4.
|
F’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kriterji li għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet kompetenti biex japprovaw il-parteċipazzjoni ta’ CSDs f’persuni ġuridiċi minbarra dawk li jipprovdu s-servizzi elenkati fit-Taqsimiet A u B tal-Anness. Tali kriterji jistgħu jinkludu jekk is-servizzi provduti minn dik il-persuna ġuridika humiex komplementari mas-servizzi provduti minn CSD, u l-firxa tal-esponiment tas-CSD għar-responsabbiltajiet li jirriżultaw minn tali parteċipazzjoni. L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015. Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0909
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|