|
+Artikolu 24a 8. |
Artikolu 24a 8.Il-kulleġġ għandu, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament, jiżgura:
(a)
l-iskambju ta' informazzjoni, inkluż talbiet għal informazzjoni skont l-Artikoli 13, 14 u 15 u informazzjoni dwar il-proċess ta' rieżami u evalwazzjoni skont l-Artikolu 22;
(b)
superviżjoni effiċjenti billi jiġu evitati azzjonijiet superviżorji duplikati bla bżonn, bħal talbiet għal informazzjoni;
(c)
ftehim dwar kif jiġu fdati b'mod volontarju l-kompiti fost il-membri tiegħu;
(d)
l-iskambju ta' informazzjoni dwar esternalizzazzjoni jew estensjoni awtorizzata ta' attivitajiet u servizzi skont l-Artikolu 19;
(e)
il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istat Membru tad-domiċilju u tal-Istat Membru ospitanti skont l-Artikolu 24 fir-rigward tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 23(3), il-punt (d), u kwalunkwe kwistjoni li tfiġġ marbuta mal-forniment ta' servizzi fi Stati Membri oħra;
(f)
l-iskambju ta' informazzjoni dwar l-istruttura tal-grupp, il-maniġment superjuri, il-korp maniġerjali u l-azzjonisti skont l-Artikolu 27;
(g)
l-iskambju ta' informazzjoni dwar proċessi jew arranġamenti li għandhom impatt sinifikanti fuq il-governanza jew il-ġestjoni tar-riskju għas-CSDs li jappartjenu għall-grupp. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|