+Artikolu 40 Saldu fi flus
---+Artikolu 40 1.
---+Artikolu 40 2.
---+Artikolu 40 3.
|
Artikolu 40 Saldu fi flus
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 40 1.
|
Għal transazzjonijiet denominati fil-munita tal-pajjiż fejn isir is-saldu, CSD għandu jissalda l-pagamenti fi flus tas-sistema ta’ saldu tat-titoli tiegħu permezz ta’ kontijiet miftuħa ma’ bank ċentrali tal-ħruġ tal-munita rilevanti fejn dan ikun prattiku u disponibbli.
|
|
Artikolu 40 2.
|
Meta ma jkunx prattiku u disponibbli li jsir saldu f'kontijiet tal-bank ċentrali kif previst fil-paragrafu 1, CSD jista' joffri li jħallas il-pagamenti fi flus kontanti għas-sistemi ta' saldu tat-titoli kollha tiegħu jew għal parti minnhom permezz ta' kontijiet miftuħa ma' istituzzjoni ta' kreditu, permezz ta' CSD li huwa awtorizzat jipprovdi s-servizzi elenkati fit-Taqsima C tal-Anness, kemm jekk fl-istess grupp ta' impriżi li fl-aħħar mill-aħħar huma kkontrollati mill-istess impriża prinċipali kif ukoll jekk le, jew permezz tal-kontijiet proprji tiegħu. Jekk CSD joffri li jsalda tali pagamenti bi flus kontanti permezz ta’ kontijiet miftuħa ma' istituzzjoni ta' kreditu, permezz tal-kontijiet proprji jew tal-kontijiet ta' CSD ieħor, għandu jagħmel dan f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV.
|
|
Artikolu 40 3.
|
CSD għandu jiżgura li kull informazzjoni mogħtija lill-parteċipanti fis-suq, dwar ir-riskji u l-ispejjeż marbuta ma’ saldu fil-kontijiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew permezz ta’ kontijiet proprji, tkun ċara, ekwa u mhux qarrieqa. CSD għandu jagħmel disponibbli għall-klijenti jew klijenti potenzjali biżżejjed informazzjoni biex ikunu jistgħu jidentifikaw u jevalwaw ir-riskji u l-ispejjeż marbuta ma’ saldu fil-kontijiet ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew permezz ta’ kontijiet proprji u għandu jipprovdi dik l-informazzjoni fuq talba.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0909
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|