|
+Artikolu 49 4. |
Artikolu 49 4.Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
10
) u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (
11
), fejn CSD jirrifjuta li jipprovdi servizzi lil emittent, dan għandu jipprovdi lill-emittent li qed jagħmel it-talba r-raġunijiet sħaħ bil-miktub għar-rifjut tiegħu. F’każ ta’ rifjut, l-emittent li jagħmel it-talba għandu jkollu d-dritt li jilmenta mal-awtorità kompetenti tas-CSD li jirrifjuta li jipprovdi s-servizzi tiegħu. L-awtorità kompetenti ta’ dak is-CSD għandha teżamina l-ilment kif dovut billi tivvaluta r-raġunijiet għar-rifjut ipprovduti mis-CSD u għandha tipprovdi lill-emittent bi tweġiba motivata. L-awtorità kompetenti tas-CSD għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti tal-post tal-istabbiliment tal-emittent li jagħmel it-talba dwar il-valutazzjoni tagħha tal-ilment. Fejn l-awtorità kompetenti tal-post tal-istabbiliment tal-emittent li jagħmel it-talba ma taqbilx ma’ dik il-valutazzjoni, kwalunkwe waħda miż-żewġ awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-ESMA, li tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Fejn ir-rifjut mis-CSD li jipprovdi s-servizzi tiegħu lil emittent titqies li hija inġustifikata, l-awtorità kompetenti responsabbli għandha toħroġ ordni fejn tesiġi li s-CSD jipprovdi s-servizzi tiegħu lill-emittent li għamel it-talba. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|