|
+Artikolu 69 4a. |
Artikolu 69 4a.Ir-regoli nazzjonali dwar ir-rikonoxximent tas-CSDs ta' pajjiżi terzi għandhom jibqgħu japplikaw sa d-data meta tittieħed deċiżjoni skont dan ir-Regolament dwar ir-rikonoxximent tas-CSDs ta' pajjiżi terzi u tal-attivitajiet tagħhom jew sas-17 ta’ Jannar 2027, skont liema minnhom tiġi l-ewwel. CSD ta' pajjiż terz li jipprovdi s-servizzi ewlenin imsemmija fit-Taqsima A, il-punti 1 u 2, tal-Anness fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji kkostitwiti skont il-liġi ta' Stat Membru msemmi fl-Artikolu 49(1), it-tieni subparagrafu, skont ir-regoli nazzjonali applikabbli dwar ir-rikonoxximent ta' CSDs ta' pajjiż terz għandu jinnotifika b'dan lill-ESMA fi żmien sentejn mis-16 ta’ Jannar 2024. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-informazzjoni li s-CSD ta' pajjiż terz huwa meħtieġ li jipprovdi lill-ESMA fin-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu. Tali informazzjoni għandha tkun limitata għal dak li huwa strettament meħtieġ, inkluż, fejn applikabbli u disponibbli:
(a)
l-għadd ta' parteċipanti li lilhom is-CSD ta' pajjiż terz jipprovdi jew biħsiebu jipprovdi s-servizzi msemmija fit-tieni subparagrafu;
(b)
il-kategoriji ta' strumenti finanzjarji li fir-rigward tagħhom is-CSD ta' pajjiż terz jipprovdi tali servizzi; u
(c)
il-volum u l-valur totali ta' tali strumenti finanzjarji. L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-17 ta’ Jannar 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|