+Artikolu 76 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
---+Artikolu 76 1.
---+Artikolu 76 2.
---+Artikolu 76 3.
---+Artikolu 76 4.
---+Artikolu 76 5.
---+Artikolu 76 6.
---+Artikolu 76 7.
|
Artikolu 76 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 76 1.
|
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
|
|
Artikolu 76 2.
|
L-Artikoli 3(1) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023 għal titoli trasferibbli maħruġa wara dik id-data u mill-1 ta’ Jannar 2025 għat-titoli trasferibbli kollha.
|
|
Artikolu 76 3.
|
L-Artikolu 5(2) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2015. B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fil-każ ta’ ċentru tan-negozjar li għandu aċċess għal CSD msemmi fl-Artikolu 30(5), l-Artikolu 5(2) għandu japplika tal-anqas sitt xhur qabel tali CSD jesternalizza l-attivitajiet tiegħu lill-entità pubblika rilevanti, u fi kwalunkwe każ mill-1 ta’ Jannar 2016.
|
|
Artikolu 76 4.
|
Il-miżuri dixxiplinari tas-saldu msemmija fl-Artikolu 6(1) sa (4) għandhom japplikaw mid-data ta’ dħul fis-seħħ tal-att delegat adottat mill-Kummissjon skont l-Artikolu 6(5).
|
|
Artikolu 76 5.
|
►M2
Kull waħda mill-miżuri dixxiplinari tas-saldu msemmija fl-Artikolu 7(1) sa (13) għandha tapplika mid-data ta’ applikazzjoni speċifikata għal kull miżura dixxiplinari tas-saldu fl-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7(15). ◄
MTF li tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2014/65/UE għandha tkun soġġetta għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament:
(a)
sad-determinazzjoni finali tal-applikazzjoni tagħha għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2014/65/UE; jew
(b)
fejn MTF ma applikatx għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2014/65/UE, sat-
►M1
13 ta' Ġunju 2018 ◄ .
|
|
Artikolu 76 6.
|
Il-mizuri ta’ rapportar msemmija fl-Artikolu 9(1) għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9(3).
|
|
Artikolu 76 7.
|
Referenzi f’dan ir-Regolament għad-Direttiva 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 600/2014, għandhom, qabel it-
►M1
3 ta' Jannar 2018 ◄ , jinqraw bħala referenzi għad-Direttiva 2004/39/KE skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stipulata fl-Anness IV għad-Direttiva 2014/65/UE sakemm dik it-tabella ta’ korrelazzjoni fiha dispożizzjonijiet li jirreferu għad-Direttiva 2004/39/KE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0909
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|