+KAPITOLU I DEFINIZZJONIJIET
---+Artikolu 1 Definizzjonijiet

KAPITOLU I DEFINIZZJONIJIET

KAPITOLU I DEFINIZZJONIJIET

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Definizzjonijiet

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Minbarra d-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/61/UE, id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament

(1) 

“impenn kapitali” tfisser impenn kuntrattwali ta’ investitur li jipprovdi lill-fond ta’ investiment alternattiv (AIF) b’ammont miftiehem ta’ investiment fuq talba mill-AIFM;

(2) 

“persuna rilevanti” b’rabta ma’ AIFM, tfisser kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a) 

direttur, sieħeb jew ekwivalenti, jew maniġer tal-AIFM;

(b) 

impjegat tal-AIFM, jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tal-AIFM u li hija involuta fil-forniment ta’ servizzi ta’ mmaniġġjar ta’ portfoll kollettiv mill-AIFM;

(c) 

persuna fiżika jew ġuridika li tkun involuta direttament fil-forniment ta’ servizzi lill-AIFM skont arranġament ta’ delega lil partijiet terzi għall-fini ta’ forniment ta’ mmaniġġjar ta’ portafoll kollettiv mill-AIFM;

(3) 

“maniġment superjuri” tfisser il-persuna jew il-persuni li effettivament iwettqu n-negozju ta’ AIFM skont l-Artikolu 8(1)(c) tad-Direttiva 2011/61/UE u, skont il-każ, il-membru jew il-membri eżekuttivi tal-korp tat-tmexxija;

(4) 

“korp tat-tmexxija” tfisser il-korp bl-awtorità aħħarija tat-teħid tad-deċiżjonijiet f’AIFM, li jinkludi l-funzjonijiet superviżorji u maniġerjali, jew il-funzjoni maniġerjali biss jekk iż-żewġ funzjonijiet ikunu separati;

(5) 

“arranġament speċjali” tfisser arranġament li jinħoloq bħala konsegwenza diretta tan-natura illikwida tal-assi tal-AIF li jaffettwa d-drittijiet speċifiċi ta’ tifdija tal-investituri f’tip ta’ unitajiet jew ishma tal-AIF u li huwa personalizzat jew arranġament separat mid-drittijiet ġenerali ta’ tifdija tal-investituri;

▼M2

(6) 

“riskju għas-sostenibbiltà” strument finanzjarju li l-objettiv tiegħu huma investimenti sostenibbli kif definiti fl-Artikolu 2(22) tar-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(7) 

“fatturi ta’ sostenibbiltà” tfisser fatturi ta’ sostenibbiltà kif definiti fl-Artikolu 2(24) tar-Regolament (UE) 2019/2088.

▼B

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.