+Artikolu 6 Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-kalkolu tal-ingranaġġ
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
|
Artikolu 6 Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-kalkolu tal-ingranaġġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
L-ingranaġġ ta’ AIF għandu jiġi espress bħala l-proporzjon bejn l-iskopertura ta’ AIF u valur nett tal-assi tiegħu.
|
|
Artikolu 6 2.
|
L-AIFMs għandhom jikkalkulaw l-iskopertura tal-AIFs immaniġġjati skont il-metodu gross kif stipulat fl-Artikolu 7 u l-metodu impenn kif stabbilit fl-Artikolu 8. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi, fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq u mhux aktar tard mill-21 ta’ Lulju 2015, il-metodi ta’ kalkolu msemmija fl-ewwel subparagrafu sabiex tiddeċiedi jekk dawn il-metodi humiex biżżejjed u xierqa għat-tipi kollha ta’ AIFs, jew jekk għandux jiġi żviluppat metodu addizzjonali u fakultattiv għall-kalkolu tal-ingranaġġ.
|
|
Artikolu 6 3.
|
L-iskopertura li tkun tinsab fi kwalunkwe struttura finanzjarja jew ġuridika li tinvolvi partijiet terzi kontrollati mill-AIF rilevanti għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-iskopertura fejn l-istrutturi msemmija huma speċifikament stabbiliti biex direttament jew indirettament iżidu l-iskopertura fil-livell tal-AIF. Għall-AIFs li l-qalba tal-politika tagħhom hija li jakkwistaw il-kontroll ta’ kumpaniji jew emittenti mhux elenkati, l-AIFM ma għandu jinkludi fil-kalkolu tal-ingranaġġ l-ebda skopertura li teżisti fil-livell ta’ dawk il-kumpaniji u l-emittenti mhux elenkati sakemm l-AIF jew l-AIFM li jaġixxi f’isem l-AIF ma jkollux iġarrab telf potenzjali lil hinn mill-investiment tiegħu fil-kumpanija jew l-emittent rispettiv.
|
|
Artikolu 6 4.
|
L-AIFMs għandhom jeskludu l-arranġamenti ta’ teħid tas-self li jkunu daħlu għalihom jekk dawn ikunu ta’ natura temporanja u jkunu kompletament koperti minn impenji kapitali kuntrattwali minn investituri fl-AIF.
|
|
Artikolu 6 5.
|
AIFM għandu jkollu proċeduri dokumentati xierqa biex jikkalkula l-iskopertura ta’ kull AIF li jimmaniġġja skont il-metodu gross u l-metodu impenn. Il-kalkolu għandu jiġi applikat b’mod konsistenti matul iż-żmien.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|