|
+Artikolu 7 Metodu gross għall-kalkolu tal-iskopertura tal-AIF |
Artikolu 7 Metodu gross għall-kalkolu tal-iskopertura tal-AIFArtikolu 7 Metodu gross għall-kalkolu tal-iskopertura tal-AIF L-iskopertura ta’ AIF ikkalkulata skont il-metodu gross għandha tkun is-somma tal-valuri assoluti tal-pożizzjonijiet kollha valwati skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2011/61/UE u l-atti delegati kollha adottati skontu. Għall-kalkolu tal-iskopertura ta’ AIF skont metodu gross l-AIFM għandu:
(a)
jeskludi l-valur ta’ kwalunkwe flus u ekwivalenti ta’ flus li huma investimenti likwidi ħafna miżmuma fil-munita bażi tal-AIF, li huma konvertibbli faċilment għal ammont magħruf ta’ flus, huma soġġetti għal riskju insinifikanti ta’ tibdil fil-valur u jipprovdu redditu mhux akbar mir-rata ta’ bond tal-gvern ta’ kwalità għolja ta’ tliet xhur;
(b)
jikkonverti strumenti derivattivi fil-pożizzjoni ekwivalenti fl-assi sottostanti tagħhom bl-użu tal-metodoloġiji ta’ konverżjoni stabbiliti fl-Artikolu 10 u l-metodi stabbiliti fil-paragrafi (4) sa (9) u (14) tal-Anness I;
(c)
jeskludi teħid ta’ self fi flus li jibqa’ fi flus jew f’ekwivalenti ta’ flus kif imsemmi fil-punt (a) u fejn l-ammonti ta’ dak il-pagabbli jkunu magħrufa;
(d)
jinkludi skoperturi li jirriżultaw mir-riinvestiment ta’ flus meħuda b’self, espressi bħala l-ogħla bejn il-valur tas-suq tal-investiment realizzat jew l-ammont totali tal-flus meħuda b’self kif imsemmi fil-paragrafi (1) u (2) tal-Anness I;
(e)
jinkludi pożizzjonijiet fi ftehimiet ta’ riakkwist jew riakkwist invers u għoti jew teħid f’self ta’ titoli jew arranġamenti oħra skont il-paragrafi (3) u (10) sa (13) tal-Anness I. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|