Artikolu 38
Sistemi tal-immaniġġjar tar-riskji
Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, is-sistemi tal-immaniġġjar tar-riskji għandhom jinftiehmu bħala s-sistemi magħmula mill-elementi rilevanti tal-istruttura organizzazzjonali tal-AIFM, bi rwol ċentrali għall-funzjoni, il-politiki u l-proċeduri permanenti tal-immaniġġjar tar-riskji, relatati mal-immaniġġjar tar-riskji rilevanti għal kull strateġija ta’ investiment tal-AIF, u l-arranġamenti, il-proċessi u t-tekniki relatati mal-kejl u l-immaniġġjar tar-riskji użati mill-AIFM fir-rigward ta’ kull AIF li jimmaniġġja.