+Artikolu 75 Prinċipji ġenerali

Artikolu 75 Prinċipji ġenerali

Artikolu 75

Prinċipji ġenerali

Meta jiddelegaw il-kompitu tat-twettiq ta’ waħda jew aktar mill-funzjonijiet għan-nom tagħhom, l-AIFMs għandhom jikkonformaw, b’mod partikolari, mal-prinċipji ġenerali li ġejjin:

(a) 

l-istruttura tad-delega ma tippermettix lill-AIFM jaħrab ir-responsabbiltajiet jew obbligazzjoni;

(b) 

l-obbligi tal-AIFM lejn tal-AIF u l-investituri tiegħu ma jiġux alterati bħala riżultat tad-delega;

(c) 

il-kondizzjonijiet li l-AIFM għandu jikkonforma magħhom biex ikun awtorizzat u jwettaq attivitajiet skont id-Direttiva 2011/61/UE, ma jiġux mhedda;

(d) 

l-arranġament tad-delega tieħu l-forma ta’ ftehim bil-miktub konkluż bejn l-AIFM u d-delegat;

(e) 

l-AIFM jiżgura li d-delegat iwettaq il-funzjonijiet delegati effettivament u skont il-liġi applikabbli u r-rekwiżiti regolatorji u jrid jistabbilixxi metodi u proċeduri għal reviżjoni fuq bażi kontinwa tas-servizzi pprovduti mid-delegat. L-AIFM għandu jieħu azzjoni xierqa jekk jidher li d-delegat ma jistax iwettaq il-funzjonijiet effettivament jew f’konformità mal-liġijiet applikabbli u mar-rekwiżiti regolatorji;

(f) 

l-AIFM jissuperviżjona effettivament il-funzjonijiet iddelegati u jimmaniġġja r-riskji assoċjati mad-delega. Għal dan il-għan, l-AIFM għandu jkollu l-għarfien espert u r-riżorsi meħtieġa l-ħin kollu biex jissuperviżjona l-funzjonijiet iddelegati. L-AIFM għandu jistabbilixxi fil-ftehim, id-dritt tiegħu għall-informazzjoni, l-ispezzjoni, l-ammissjoni u l-aċċess, u id-drittijiet tiegħu ta’ struzzjoni u monitoraġġ tad-delegat. L-AIFM għandu jiżgura wkoll li d-delegat jissuperviżjona sew it-twettiq tal-funzjonijiet iddelegati, u jimmaniġġja adegwatament ir-riskji assoċjati mad-delega;

(g) 

l-AIFM jiżgura li jinżammu l-kontinwità u l-kwalità tal-funzjonijiet delegati jew tal-kompitu ddelagat tat-twettiq ta’ funzjonijiet, anki fil-każ tat-terminazzjoni tad-delega, jew permezz tat-trasferiment tal-funzjonijiet iddelegati jew tal-kompitu ddelegat tat-twettiq ta’ funzjonijiet lil parti terza oħra jew billi jwettaqhom huwa stess;

(h) 

id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-AIFM u tad-delegat huma allokati b’mod ċar u stabbiliti fil-ftehim. Partikolarment, l-AIFM għandu jiżguraw kuntrattwalment id-drittijiet tiegħu ta’ struzzjoni u terminazzjoni, id-drittijiet tiegħu għall-informazzjoni, u d-dritt tiegħu ta’ spezzjonijiet u aċċess għal kotba u l-bini. Il-ftehim għandu jiżgura li sottodelega tista’ sseħħ biss bil-kunsens tal-AIFM;

(i) 

fejn jikkonċerna l-immaniġġjar tal-portafoll, id-delega hija skont il-politika ta’ investiment tal-AIF. Id-delegat għandu jingħata struzzjonijiet mill-AIFM dwar kif jimplimenta l-politika ta’ investiment u l-AIFM għandu jimmonitorja jekk id-delegat jikkonformax magħha fuq bażi kontinwa;

(j) 

l-AIFM jiżgura li d-delegat jiżvela lill-AIFM kwalunkwe żvilupp li jista’ jkollu impatt materjali fuq l-abbiltà tad-delegat li jwettaq il-funzjonijiet iddelegati b’mod effettiv u f’konformità mal-liġijiet applikabbli u mar-rekwiżiti regolatorji;

(k) 

l-AIFM jiżgura li d-delegat jipproteġi kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali marbuta mal-AIFM, l-AIF affettwat mid-delega u l-investituri f’dak l-AIF;

(l) 

l-AIFM jiżgura li d-delegat jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm pjan ta’ kontinġenza għall-irkupru minn diżastri u ttestjar perjodiku tal-faċilitajiet ta’ riżerva filwaqt li jqis it-tipi ta’ funzjonijiet iddelegati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.