+Artikolu 112 3.

Artikolu 112 3.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu mill-inqas l-aspetti li ġejjin fil-valutazzjoni tagħhom:

(a) 

iċ-ċirkostanzi li fihom l-iskopertura ta’ AIF jew diversi AIFs inklużi dawk l-iskoperturi li jirriżultaw minn finanzjament jew pożizzjonijiet fl-investiment li jkun ħa l-AIFM għalih innifsu jew għan-nom tal-AIFs jistgħu jikkostitwixxu sors importanti ta’ riskju tas-suq, tal-likwidità jew tal-kontroparti tal-istituzzjoni finanzjarja;

(b) 

iċ-ċirkostanzi li fihom l-attivitajiet ta’ AIFM jew l-interazzjoni tiegħu ma’, pereżempju, grupp ta’ AIFMs jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra, partikolarment fir-rigward tat-tipi ta’ assi li jinvesti fihom l-AIF u t-tekniki użati mill-AIFM peremzz tal-użu ta’ ingranaġġ, jikkontribwixxu jew jistgħu jikkontribwixxu għal waqgħa spirali fil-prezzijiet tal-istrumenti finanzjarji jew assi oħra b’mod li thedded il-vijabbiltà ta’ dawn l-istrumenti finanzjarji jew assi oħra;

(c) 

kriterji bħat-tip ta’ AIF, l-istrateġija tal-investiment tal-AIFM fir-rigward tal-AIFs ikkonċernati, il-kondizzjonijiet tas-suq li joperaw fih l-AIF u l-AIFM u kwalunkwe effetti proċikliċi probabbli li jistgħu jirriżultaw mill-impożizzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ limiti jew restrizzjonijiet oħra fuq l-użu tal-ingranaġġ mill-AIFM ikkonċernat;

(d) 

kriterji, bħad-daqs ta’ AIF jew diversi AIFs u kwalunkwe impatt relatat f’settur partikolari tas-suq, konċentrazzjonijiet ta’ riskji fi swieq partikolari li l-jinvestu fihom l-AIF jew diversi AIFs, kwalunkwe riskju ta’ kontaġġju lil swieq oħra minn suq fejn ġew identifikati riskji, kwistjonijiet ta’ likwidità fi swieq partikolari u fi żmien partikolari, id-daqs tad-disparità bejn l-assi u l-obbilgazzjonijiet fl-istrateġija tal-investiment ta’ AIFM partikolari jew ċaqliq irregolari fil-prezzijiet ta’ assi li AIF jista’ jinvesti fihom.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.