L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni sabiex jinbeda negozju ta’ kumpaniji tal-maniġment sakemm ikunu ġew infurmati bl-identitajiet tat-titolari tal-ishma jew tal-membri, sew diretti sew indiretti, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li għandhom azjendi kwalifikattivi u tal-ammonti ta’ dawk l-ażjendi.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrifjutaw awtorizzazzjoni jekk, b’kont meħud tal-bżonn li jiġi żgurat immaniġġjar tajjeb u prudenti ta’ kumpanija tal-maniġment, ma jkunux sodisfatti bl-adattabbiltà tat-titolari tal-ishma jew tal-membri msemmija fl-ewwel subparagrafu.