Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi għandhom ikunu rregolati skont ir-regoli rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2004/39/KE.
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-espressjonijiet “ditta ta’ investiment” u “ditti ta’ investiment” msemmija fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2004/39/KE għandhom jinftehmu rispettivament bħala “kumpanija tal-maniġment” u “kumpaniji tal-maniġment”; l-espressjoni “li jipprovdu servizzi ta’ investiment” msemmija fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2004/39/KE għandha tinftiehem bħala “li jipprovdu servizzi”.