L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kumpanija tal-maniġment, awtorizzata mill-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha, tista’ twettaq fit-territorji tagħhom l-attività li kienet awtorizzata għaliha, jew mill-istabbiliment ta’ fergħa jew taħt il-libertà li jiġu provduti servizzi.
Fejn kumpanija tal-maniġment hekk awtoriżżata tipproponi, mingħajr ma tistabbilixxi fergħa, li tikkummerċjalizza l-unitajiet tal-UCITS li timmaniġġja, kif huwa provdut fl-Anness II, fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, mingħajr ma tipproponi li twettaq xi attività jew servizz ieħor, din il-kummerċjalizzazzjoni għandha tkun suġġetta biss għar-rekwiżiti ta’ Kapitolu XI.