Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l- AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-ġestjoni ta’ UCITS stabbilita fi Stat Membru ieħor.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Sabiex tiżgura l-kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l- AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri għal tali għoti ta’ informazzjoni.
Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.