Artikolu 26a
Id-depożitarju għandu, fuq talba, jagħmel disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu, l-informazzjoni kollha li jkun kiseb filwaqt li jwettaq il-qadi tad-dmirijiet tiegħu u li tista’ tkun meħtieġa għall-awtoritajiet kompetenti tiegħu jew għall-awtoritajiet kompetenti tal-UCITS jew il-kumpanija tal-maniġment.
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-UCITS jew il-kumpanija tal-maniġment huma differenti minn dawk tad-depożitarju, l-awtoritajiet kompetenti tad-depożitarju għandhom bla dewmien jaqsmu l-informazzjoni li jirċievu mal-awtoritajiet kompetenti tal-UCITS u tal-kumpanija tal-maniġment.