+Artikolu 43
---+Artikolu 43 1.
---+Artikolu 43 2.
---+Artikolu 43 3.
---+Artikolu 43 4.
---+Artikolu 43 5.
---+Artikolu 43 6.

Artikolu 43

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 43 1.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-UCITS li jidħlu f’merger u dawk riċeventi jipprovdu tagħrif xieraq u preċiż dwar il-merger proposta lit-titolari tal-unitajiet tagħhom sabiex jippermettulhom jagħmlu ġudizzju mgħarraf dwar l-impatt tal-proposta fuq l-investiment tagħhom.
Artikolu 43 2.

Dan it-tagħrif għandu jitforna lit-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger u ta’ dik riċeventi biss wara li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger jkunu awtorizzaw il-merger proposta skont l-Artikolu 39.

Dan għandu jitforna mhux aktar tard minn 30 jum mill-aħħar data tat-talba għal xiri mill-ġdid jew għal fidwa mingħajr spejjeż addizzjonali msemmija fl-Artikolu 45(1).

Artikolu 43 3.

It-tagħrif li għandu jingħata lit-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger, u ta’ dik riċeventi, għandu jinkludi tagħrif xieraq u preċiż dwar il-merger proposta biex tippermettilhom jieħdu deċiżjoni nfurmata dwar l-impatt possibbli tagħha fuq l-investiment tagħhom u jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont l-Artikoli 44 u 45.

Dan għandu jinkludi dan li ġej:

(a) 

l-isfond u l-ħsieb wara l-merger proposta;

(b) 

l-impatt possibbli tal-merger proposta fuq it-titolari tal-unitajiet, inklużi, imma mhux esklussivament, kwalunkwe differenzi materjali fir-rigward tal-politika u l-istrateġija ta’ investiment, l-ispejjeż, ir-riżultat mistenni, ir-rappurtar perjodiku, it-tnaqqis possibli fil-prestazzjoni, kif ukoll, fejn relevanti, twissija ċara lill-investituri li t-trattament tat-taxxa tagħhom jista’ jinbidel wara l-merger;

(c) 

kwalunkwe drittijiet speċifiċi li t-titolari tal-unitajiet għandhom fir-rigward tal-merger proposta, inklużi, imma mhux esklussivament, id-dritt li jinkiseb tagħrif addizzjonali, id-dritt li fuq talba tinkiseb kopja tar-rapport tal-awdituri indipendenti jew depożitarju, id-dritt tat-talba għax-xiri mill-ġdid jew għat-tifdija jew, fejn japplika, il-konverżjoni tal-unitajiet tagħhom mingħajr l-ebda ħlas kif speċifikat fl-Artikolu 45(1), kif ukoll l-aħħar data li fiha jista’ jkun eżerċitat dak id-dritt;

(d) 

l-aspetti proċedurali rilevanti u d-data effettiva ppjanata għall-merger;

(e) 

kopja tat-tagħrif ewlieni għall-investitur, imsemmi fl-Artikolu 78, tal-UCITS riċeventi.

Artikolu 43 4.
Jekk il-UCITS li tkun se tidħol f’merger jew dik riċeventi tkun ġiet notifikata skont l-Artikolu 93, it-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jingħata fil-lingwa uffiċjali, jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS relevanti, jew f’lingwa approvata mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu. Il-UCITS li tkun rikjesta tipprovdi t-tagħrif għandha tkun responabbli biex tipproduċi t-traduzzjoni. Dik it-traduzzjoni għandha tirrifletti fedelment il-kontenut tat-tagħrif oriġinali.
Artikolu 43 5.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ddelegati ►M4  skont l-Artikolu 112a ◄ , miżuri li jispeċifikaw il-kontenut dettaljat, il-format u l-metodu li permezz tiegħu għandu jiġi mogħti t-tagħrif imsemmi fil-paragrafi 1 u 3.

▼M1 —————

Artikolu 43 6.

Sabiex tiġi żgurata l-uniformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex ikunu ddeterminati l-kondizzjonijiet tal-applikazzjonijiet tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni rigward il-kontenut, il-format u l-metodu li bihom ser tiġi pprovduta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.