+Artikolu 54
---+Artikolu 54 1.
---+Artikolu 54 2.
---+Artikolu 54 3.

Artikolu 54

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 54 1.

B’deroga mill-Artikolu 52, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-UCITS biex jinvestu skont il-prinċipju tat-tixrid tar-riskju sa 100 % tal-assi tagħhom f’titoli trasferibbli 100 u strumenti tas-suq tal-flus differenti maħruġa jew iggarantiti minn kwalunkwe Stat Membru, waħda jew iżjed mill-awtoritajiet lokali tiegħu, minn pajjiż terz jew minn korp pubbliku internazzjonali li jappartjeni għalih Stat Membru wieħed jew iktar.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom jagħtu din id-deroga biss jekk iqisu li titolari ta’ unitajiet fl-UCITS għandhom protezzjoni ugwali għal dik ta’ titolari ta’ unitajiet fl-UCITS li jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 52.

Dawn l-UCITS għandhom iżommu titoli minn talanqas sitt ħarġiet differenti, imma titoli minn ħruġ wieħed kwalunkwe ma għandhomx jikkostitwixxu aktar minn 30 % tal-assi totali tagħhom.

Artikolu 54 2.

L-UCITS imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isemmu espressament fir-regoli tal-fond jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija ta’ investiment tal-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali jew il-korpi pubbliċi internazzjonali li joħorġu jew jiggarantixxu titoli li fihom ikollhom l-intenzjoni li jinvestu aktar minn 35 % tal-assi tagħhom.

Dawn ir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni għandhom jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 54 3.
Barra minn hekk, kull UCITS imsemmija fil-paragrafu 1, għandha tinkludi dikjarazzjoni prominenti fil-prospett u komunikazzjonijiet ta’ marketing tagħha li tiġbed l-attenzjoni għal din l-awtorizzazzjoni u tindika lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet lokali jew lill-korpi pubbliċi internazzjonali li fit-titoli tagħhom l-UCITS ikollha l-intenzjoni li tinvesti jew tkun investiet aktar minn 35 % tal-assi tagħha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.