+Artikolu 61
---+Artikolu 61 1.
---+Artikolu 61 2.
---+Artikolu 61 3.
---+Artikolu 61 4.

Artikolu 61

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 61 1.

Fejn il-UCITS prinċipali u dik alimentatriċi jkollhom depożitarji differenti, l-Istati Membri għandhom jobbligaw lid-depożitarji li jiffirmaw ftehim ta’ qsim tat-tagħrif sabiex jiżguraw li t-tnejn li huma jaqdu dmirijiethom.

L-UCITS alimentatriċi ma għandhiex tinvesti f’unitajiet tal-UCITS prinċipali sakemm dan il-ftehim ma jkunx daħal fis-seħħ.

Fejn jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu, la d-depożitarju tal-UCITS prinċipali u lanqas dak tal-UCITS alimentatriċi, m’ għandhom jiġu meqjusa li kisru xi regoli li jirrestringu l-iżvelar ta’ informazzjoni jew li huma relatati mal-ħarsien tad-data fejn dawn ir-regoli huma previsti f’kuntratt jew fi kwalunkwe liġu, regolament jew dispożizzjoni amministrattiv. Din il-konformita’ m għandhiex tagħti lok fir-rigward tad-depożitarju jew ta’ kwalunkwe persuna li taġixxi f’isimu.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-UCITS alimentatriċi jew, fejn xieraq, il-kumpanija tal-maniġment tal-UCITS alimentatriċi, għandha tkun responsabbli biex tikkomunika lid-depożitarju tal-UCITS alimentatriċi kwalunkwe informazzjoni dwar l-UCITS prinċipali li hi meħtieġa biex id-depożitarju tal-UCITS alimentatriċi jwettaq b’mod sħiħ id-dmirijiet tiegħu.

Artikolu 61 2.
Id-depożitarju tal-UCITS prinċipali għandu jinforma minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS prinċipali, lill-UCITS alimentatriċi jew, fejn xieraq, lill-kumpanija tal-maniġment u lid-depożitarju tal-UCITS alimentatriċi, dwar kull irregolarità li jsib rigward l-UCITS prinċipali li jkunu meqjusa bħala li għandhom effett negattiv fuq l-UCITS alimentatriċi.
Artikolu 61 3.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ddelegati ►M4  skont l-Artikolu 112a ◄ , miżuri li jkomplu jispeċifikaw:

(a) 

id-dettalji li għandhom jiġu inkluzi fil-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1; u

(b) 

it-tipi ta’ irregolaritajiet imsemmija fil-paragrafu 2 li jitqiesu li għandhom impatt negattiv fuq l-UCITS alimentatriċi.

Artikolu 61 4.

Sabiex tiġi żgurata l-uniformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETStista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex ikunu determinati l-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni rigward il-miżuri u t-tipi ta’ irregolaritajiet msemmijin fil- paragrafu 3.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.