Fir-rapport ta’ verifika tiegħu, l-awditur tal-UCITS alimentatriċi għandu jqis ir-rapport ta’ verifika tal-UCITS prinċipali. Jekk il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali għandhom snin finanzjarji differenti, l-awditur tal-UCITS prinċipali għandu jagħmel rapport ad hoc fid-data ta’ għeluq tal-UCITS alimentatriċi.
B’mod partikolari, l-awditur tal-UCITS alimentatriċi għandu jirrapporta dwar kull irregolarità mikxufa fir-rapport ta’ verifika tal-UCITS prinċipali kif ukoll dwar l-impatt tagħha fuq il-UCITS alimentatriċi.