+Artikolu 70
---+Artikolu 70 1.
---+Artikolu 70 2.
---+Artikolu 70 3.
---+Artikolu 70 4.

Artikolu 70

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 70 1.
Il-prospett għandu jindika f’liema kategoriji ta’ assi UCITS hija awtorizzata li tinvesti. Għandu jsemmi jekk l-operazzjonijiet fi strumenti derivattivi finanzjarji humiex awtorizzati, f’ liema każ, għandu jinkludi dikjarazzjoni prominenti li tindika jekk dawk l-operazzjonijiet jistgħux jitwettqu għall-finijiet ta’ kopertura tar-riskji (hedging) jew bl-iskop li jintlaħqu l-miri ta’ investiment, u r-riżultat possibbli tal-użu ta’ strumenti derivattivi finanzjarji fir-rigward tal-profil tar-riskju.
Artikolu 70 2.
Fejn UCITS tinvesti prinċipalment fi kwalunkwe kategorija ta’ assi definita fl-Artikolu 50 barra minn titoli trasferibbli jew strumenti tas-suq tal-flus, jew fejn UCITS tirreplika indiċi ta’ titoli ta’ ħażna jew ta’ dejn skont l-Artikolu 53, il-prospett tagħha u, fejn meħtieġ, il-komunikazzjonijiet kummerċjali għandhom jinkludu dikjarazzjoni prominenti li tiġbed l-attenzjoni għall-politika ta’ investiment.
Artikolu 70 3.
Fejn il-valur nett tal-assi ta’ UCITS x’aktarx ikollu volatilità għolja minħabba l-kompożizzjoni tal-portafoll tagħha jew il-metodi tekniċi tal-maniġment ta’ portafoll li jistgħu jintużaw, il-prospett tagħha, u fejn meħtieġ, il-komunikazzjonijiet kummerċjali għandhom jinkludu dikjarazzjoni prominenti li tiġbed l-attenzjoni għal din il-karatteristika.
Artikolu 70 4.
Fuq talba ta’ investitur, il-kumpanija tal-maniġment għandha wkoll tipprovdi informazzjoni supplimentari rigward il-limiti kwantitattivi li japplikaw fil-maniġment tar-riskji tal-UCITS, il-metodi magħżula għal dan l-iskop u l-evoluzzjoni riċenti tar-riskji u l-produzzjoni tal-kategoriji ta’ strumenti ewlenija.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.