+Artikolu 78
---+Artikolu 78 1.
---+Artikolu 78 2.
---+Artikolu 78 3.
---+Artikolu 78 4.
---+Artikolu 78 5.
---+Artikolu 78 6.
---+Artikolu 78 7.
---+Artikolu 78 8.

Artikolu 78

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 78 1.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kumpanija ta’ investiment u, għal kull wieħed mill-fondi komuni li timmaniġġja l-kumpanija ta’ investiment, kumpanija tal-maniġment ifasslu dokument qasir li jiġbor fih tagħrif ewlieni għall-investituri. Dak id-dokument għandu jkun magħruf bħala “t-tagħrif ewlieni għall-investituri” f’din id-Direttiva. Il-kliem “tagħrif ewlieni għall-investituri” għandu jidher b’mod ċar f’dak id-dokument, f’waħda mill-lingwi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 94(1).
Artikolu 78 2.
It-tagħrif ewlieni għall-investituri għandu jinkludi tagħrif xieraq dwar il-karatteristiċi essenzjali tal-UCITS ikkonċernata, biex jiġi pprovdut lill-investituri bil-għan li jkunu raġonevolment kapaċi li jifhmu n-natura u r-riskji tal-prodott ta’ investiment li jkun qiegħed jiġi offrut u, b’konsegwenza ta’ dan, sabiex jieħdu deċiżjonijiet dwar l-investiment fuq bażi infurmata.
Artikolu 78 3.

It-tagħrif ewlieni għall-investituri għandu jipprovdi tagħrif dwar l-elementi essenzjali li ġejjin fir-rigward tal-UCITS ikkonċernata:

▼M4

(a) 

identifikazzjoni tal-UCTIS u tal-awtorità kompetenti tal-UCITS;

▼B

(b) 

deskrizzjoni qasira tal-għanijiet u l-politika ta’ investiment tagħha;

(c) 

preżentazzjoni tar-riżultati mgħoddija jew, meta jkun xieraq, xenarji tar-riżultati;

(d) 

l-ispejjeż u l-imposti assoċjati; u

(e) 

il-profil tar-riskji u l-benefiċċji tal-investiment, li jinkludi linji ta’ gwida xierqa u twissijiet dwar ir-riskji assoċjati mal-investmenti fl-UCITS relevanti.

Dawn l-elementi essenzjali għandhom ikunu jistgħu jinftehmu mill-investitur mingħajr ebda referenza għal dokumenti oħra.

Artikolu 78 4.
It-tagħrif ewlieni għall-investituri għandu jispeċifika biċ-ċar fejn u kif jinkiseb tagħrif addizzjonali rigward l-investiment propost, li jinkludi iżda ma jkunx limitat għal fejn u kif il-prospett u r-rapporti annwali u ta’ nofs is-sena jistgħu jinkisbu b’xejn f’kull ħin, kif ukoll il-lingwi li fihom tali tagħrif huwa disponibbli għall-investituri.

It-tagħrif ewlieni għall-investituri għandu jinkludi wkoll dikjarazzjoni li tgħid li d-dettalji tal-politika ta’ remunerazzjoni aġġornata, inklużi, iżda mhux limitati għal, deskrizzjoni kif huma kkalkolati r-remunerazzjoni u l-benefiċċji, l-identita tal-persuni responsabbli għall-għoti tar-remunerazzjoni u l-benefiċċji inkluż il-kompożizzjoni tal-kumitat ta’ remunerazzjoni, fejn jeżisti tali kumitat, huma disponibbli permezz ta’ websajt inkluż referenza għal dak websajt u li, jekk tintalab, issir disponibbli kopja stampata bla ħlas.

Artikolu 78 5.
It-tagħrif ewlieni għall-investitur għandu jkun miktub b’ mod konċiż u f’lingwaġġ mhux tekniku. Għandu jitfassal b’mod b’format komuni, li jippermetti li jsir paragun, u jiġi ppreżentat b’mod li jinftiehem mill-investituri mhux professjonisti.
Artikolu 78 6.
It-tagħrif ewlieni għall-investituri għandu jintuża mingħajr ma jinbidel u mingħajr supplimenti, għajr għat-traduzzjoni, fl-Istati Membri kollha fejn tkun saret notifika li l-UCITS se tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha skont l-Artikolu 93.
Artikolu 78 7.

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati ►M4  skont l-Artikolu 112a ◄ , tadotta miżuri li jispeċifikaw:

(a) 

il-kontenut iddettaljat u eżawjrenti tat-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri, kif imsemmi fil-paragrafi 2, 3 u 4;

(b) 

il-kontenut iddettaljat u ezawjrenti tat-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri, fil-kazijiet speċifiċi li ġejjin:

(i) 

għal UCITS b’kompartimenti differenti ta’ investiment, it-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri li jinkitbu f’kompartiment speċifiku ta’ investiment, inkluż kif jistgħu jgħaddu minn kompartiment wieħed ta’ investiment għal ieħor, u l-ispejjeż marbutin ma’ dan,

(ii) 

għal UCITS li joffru klassijiet differenti ta’ ishma, it-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri li jinkitbu fi klassi speċifika ta’ ishma,

(iii) 

għall-istrutturi ta’ fondi, it-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri li jinkitbu f’UCITS, li tinvesti hi stess f’UCITS oħrajn jew impriżi kollettivi oħra ta’ investiment imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 50(1),

(iv) 

għal strutturi principali-alimentatriċi, it-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri li jinkitbu f’UCITS alimentatriċi, u

(v) 

għal UCITS strutturati, ta’ kapital protett u oħrajn simili, it-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri f’rabta mal-karatteristici speċjali ta’ UCITS bħal dawn; u

(c) 

id-dettalji speċifiċi tal-format u l-preżentazzjoni tat-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri fil-paragrafu 5.

Artikolu 78 8.

Sabiex tiżgura l-unformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekiniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tiddetermina l-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 7 fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.